Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Birkirkara jagħtu l-ewwel telfa lil Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Floriana………………………………….0
Birkirkara……………..………………..1

Fl-ewwel partita tat-tieni rawnd Floriana tilfu l-ewwel tlett punti fil-klassifika f’partita li minkejja li Floriana kienu b’saħħithom naqsu minn li jsibu x-xibka kontra B’kara li sabu x-xibka darba fit-tmenin minuta.

7’ minuta kienu B’kara true pass ta’ Kurt Zammit lejn Falcone li żamm il-ballun tajjeb, wiċċ imb’wiċċ ma’ Akpan li tilef tentattiv tajjeb.

Fl-10’ minuta reazzjoni ta’ Floriana xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Venancio ballun li ħabat mal-lasta.

Ikomplu Floriana fil-15 –il minuta kien Paiber li kkontrolla l-ballun li x-xutt ġie mblukkat minn Briffa ballun li reġa’ ħabat ma l-istess Paiber dan tal-aħħar ħabat mal-minduda.

Ftit qabel it-tisfira ta’ l-ewwel taqsima xutt mill-bogħod ta’ Guillaumier li għadda barra.

Mal-bidu tat-tieni taqsima rajna azzjoni perikoluża ta’ B’Kara pass ta’ Falcone lejn Ntow minn qagħda angolata xutt tiegħu laqgħa Akpan tajjeb.

Mas-70’ minuta pass ta’ Jan Busuttil lejn Keqi b’xutt li laqa’ Akpan mingħajr diffikultà biex 3 minuti biss wara Floriana kellhom ċans ieħor

B’kara marru fil-vantaġġ fit-80 minuta minn xutt ta’ Falcone mid-distanza li għeleb għal kollox lil Akpan

Reazzjoni ta’ Floriana minn l-ewwel freekick lejn Keqi b’daqqa ta’ ras fuq kulħadd ballun li jaħbat mal-minduda

Baqgħu jiġġieldu Floriana Cross ta’ Camenzuli lejn Yan Busuttil kontroll u xutt ballun li għadda barra.

Referee: MARIO APAP

BOV Player tal-Logħba: Brandon Paiber (Floriana)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tlettax-il plejer ġej sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Dawn il-plejers kienu kkonfermati fi stqarrija mibgħuta mill-MFA wara d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tad-Dixxipplina. Il-plejers huma: Paul Fenech u Steve Pisani ta’ Balzan, Cain…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa tajba ta’ 3-1 kontra l-Bulgarija fit-tieni logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet. Wara d-dro ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda lbieraħ waslet…

Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Aktar