Futbol lokali
FILMAT: Birkirkara jegħlbu lil Mosta b’gowl fl-aħħar sekondi ta’ Luke Montebello

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Mosta…………0

Birkirkara……1

Gowl drammatiku ta’ Luke Montebello kien strumentali sabiex Birkirkara rebħu lil Mosta bl-iskor ta’ 1-0.

Fl-ewwel rawnd kienu Mosta li għelbu lil Birkirkara 3-0.

Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel okkażjoni tal-logħba meta xutt ta’ Alex de Paixao sab lil Moufombi attent.

Fl-24 minuta reġgħu kienu l-Istripes, din id-darba permezz ta’ Caio Prado bix-xutt tiegħu li ma jħabbatx ħafna lil Moufombi.

Il-gowlkiper mill-Kongo reġa’ ddistingwa ruħu b’żewġ saves mill-aqwa f’temp ta’ minuta bejn it-43 u l-44 minuta fuq xuttijiet ta’ Luke Montebello.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq bl-iskor ta’ 0-0.

Fit-53 minuta, il-gowlkiper ta’ Birkirkara Guarnione seta’ tqarraq bix-xutt ta’ Kaljevic meta l-ballun ħabat mal-art iżda b’xi mod l-istess ballun ħabat miegħu.

Fil-55 minuta frikik ta’ Bonanni għal Birkirkara spiċċa għoli filwaqt li fil-81 minuta xutt ta’ Yannick Yankam jispiċċa barra.

U kif għedna wasal dak il-gowl tant importanti għal BIrkirkara meta kien xogħol tajjeb ta’ Alex Paixao li għadda tajjeb lejn Luke Montebello li mingħajr ma qagħad jaħsibha xeħet il-ballun fix-xibka.

FORMAZZJONIJIET:

Mosta: Christ Maffoumbi, Chris Ememe, Johann Bezzina, Duane Bonnici, Gianluca Sciberras (William Donkin 63 min), Tyrone Farrugia, Rafael Morisco, Zachary Brincat, Bojan Kaljevic, Kevin Tulimieri (Clayton Failla 63 min (Michael Mifsud 71 min), Rodriguez Ekani.

Birkirkara: Alessandro Guarnione, Enrico Pepe, Yannick Yankam, Luke Montebello, Paul Mbong, Roderick Briffa, Kurt Zammit, Claudio Bonanni, Caio Prado (Federico Falcone 69 min), Oscar Carniello, Alex Paixao.

Referi: Trustin Farrugia Cann

BOV Plejer tal-Logħba: Christ Maffoumbi ta’ Mosta FC

Miktub minn...
TVM Sport