Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Birkirkara jegħlbu lil Qormi 2-1 f’logħba missielta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Birkirkara…2

Qormi………1

Birkirkara għelbu lil Qormi 2-1 f’logħba missielta bil-Qriema jfallu penalty għaxar minuti mit-tmiem, penalty li swiehom telfa oħra, id-disa’ waħda konsekuttiva.

Wara għaxar minuti Birkirkara jmorru fil-vantaġġ grazzi għan-nuqqas t’attenzjoni tal-goalkeeper Azzopardi li bi żball qassam lil PETAR ORLANDIC li mill-ewwel illobbja għal ġewwa. Risposta ta’ Qormi sitt minuti wara b’Ferreira jidħol tajjeb mix-xellug iżda x-xutt tiegħu kien imblukkat mill-goalkeeper. Fid-29 minuta Qormi kisbu l-gowl tad-dro b’ġirja tajba ta’ Gnindokponou li qassam lejn Ferreira li x-xutt tiegħu kien imblukkat iżda TENSIOR GUSMAN mill-viċin spara fix-xibka. Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima minn azzjoni ta’ korner, Birkirkara jappellaw għall-penalty bil-ballun eventwalment maqlugħ minn fuq il-linja biex ftit wara kien Jamie Azzopardi li salva r-riżultat b’intervent mill-aqwa fuq xutt ta’ Jake Grech.

Kif bdiet it-tieni taqsima salvataġġ ta’ Mansi minn fuq il-linja fuq daqqa ta’ ras ta’ Guillaumier wara freekick ta’ Jake Grech. Fid-59 minuta Qormi perikolużi b’xutt ta’ Gnindokponou jkun imtajjar minn Kurt Zammit. Fl-64 minuta Birkirkara jmorru mill-ġdid fil-vantaġġ meta x-xutt imxellef ta’ Franca wasal għand JAKE GRECH li waħdu ma żbaljax b’xutt preċiż fil-baxx. Għaxar minuti mit-tmiem ċans tad-deheb għal Qormi li jsalvaw ir-riżultat meta ngħataw penalty wara kuntatt dubjuż bejn Arrieta u Paul Fenech, iżda mill-11-il metru x-xutt ta’ Michael Camilleri kien salvat minn Naumovski.

Referee: Malcolm Spiteri

BOV Plejer tal-Logħba: Jake Grech

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar