Futbol lokali
FILMAT: Kampjonat BOV Premier: Birkirkara jegħlbu lir-Rainbows bl-iskor ta’ 2-0

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Tarxien R…..0

Birkirkara….2

Birkirkara għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-0 biex b’hekk telgħu b’36 punt fil-klassifika. Fl-ewwel 20 minuta ftit li xejn rajna azzjonijiet denji ta’ nota, b’Birkirkara dominanti iżda ftit li xejn effettivi. Tarxien min-naħa tagħhom kienu determinati fid-difiża u ma tantx taw spazji lill-avversarji tagħhom. Fis-37 minuta, azzjoni ta’ Birkirkara fejn Thiago de Souza resaq viċin iżda x-xutt tiegħu għadda barra. Fit-42 minuta minn korner, Maverick Buhagiar interċetta tajjeb bl-Istripes jagħfsu qabel tmiem l-ewwel taqsima. Minuta wara kellna freekick ta’ Johann Bezzina b’Luke Montebello ma jirnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun u d-difiża ta’ Tarxien tikklerja.

Birkirkara marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta’ Nikola Vukanac irnexxilu jegħleb lil Buhagiar b’daqqa ta’ ras imperjuża minn free kick ta’ Johann Bezzina.  Fis-67 minuta, Tarxien resqu viċin li jġibu d-dro meta daqqa ta’ ras akrobatika ta’ Jacson De Paixao kienet salvata verament tajjeb minn Naumovski għall-korner. Fid-79 minuta, ir-referi Philip Farrugia keċċa lil Jacson De Paixao għal fawl perikoluż fuq Andelkovic b’Tarxien jispiċċaw b’għaxar plejers. Birkirkara għalqu l-partita fit-88 minuta meta Luke Montebello irnexxilu jitfa fix-xibka mill-viċin għal skor finali ta’ Tarxien Rainbows 0 Birkirkara 2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

GFA Gozo Football League l-Ewwel Diviżjoni 2018/19 Fl-erbgħa logħbiet mis-sittax-il ġurnata tal-kampjonat it-timijiet ta’ quddiem Victoria Hotpurs u Nadur Youngsters kisbu rebħiet bi skor kbir filwaqt li bir-riżultati tal-logħbiet l-oħra,…

Futbol lokali

Victoria Hotspurs żammew is-sitt punti vantaġġ fuq l-eqreb avversarji fil-quċċata tal-BOV Gozo Football League l-1 Diviżjoni b’rebħa kbira ta’ 8-0 fuq it-team tal-qiegħ Munxar Falcons. Għall-Hotspurs erba’ goals minn Elton…

Aktar