Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Birkirkara jirbħu t-tmien logħba konsekuttiva. Issa fit-tielet post waħidhom.

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

Ġurnata Nru 19

BIRKIRKARA………………2

SLIEMA WDS………………1

B’Kara fil-preżent għadejjin minn perjodu tajjeb ħafna bi tmien rebħiet konsekkutivi, bl-aħħar rebħa tagħhom tkun fuq Naxxar Lions bl-skor ta’ 2-0. Huma kienu jinsabu fit-tielet post b’34 punt wara 18 -il partita fliemkien ma’ Gzira Utd. Fit-tim karkariż iddebutta il-player Ognjen Rolovic li ħadu minghand Kerċem, li kellu partita tajba ħafna.

Sliema ukoll kienu ġejjin minn rebħa simili ta’ 2-0 fuq Lija At. kienu fis-7 post, b’25 punt wara 18 -il partita.

Fis 16 –il minuta free-kick għall B’kara li ngħata minn Kurt Zammit li kompla lejn Srdan Dimitrov, dan lil Jake Grech li x-xutt fi-l baxx tiegħu spiċċa ftit barra. Fil-25minuta B’kara marru fil-vantaġġ meta Rolovic ikkrosja lejn Jake Grech li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Glenn Zammit fil-lasti Slimiża. Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, xutt b’saħħtu ta’ Ognjen Rolovic ġie salvtata b’diffikulta’ minn Zammit u Bianchardi ikklerja f’korner.

Fit tieni taqsima Sliema ħarġu mill-ewwel fuq l-attakk u fil-55 minuta ħuma kisbu l-goal tad- draw, wara nuqqas ta’ ftehim fid-difiża karkariża daħal għall-ballun Nikolae Milincenau li min quddiem Naumovski ma falliex. Fil 71 minuta B’Kara reġgħu marru fil-vantagg meta Andelkovic qassam lil Jake Grech, li dar ma’ Glenn Zammit u tefa’ il-ballun fix-xibqa Slimiża. Fit 78 minuta kross ta’ Edward Herrera iżda daqqa ta’ ras ta’ Dimitrov ġiet salvata minn Zammit.

BOV Player tal partita : Jake Grech (B’Kara FC). Ref Malcolm Spiteri.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Futbol lokali

Għaxar plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Mosta FC għandhom sospiżi żewġ plejers; lil Juri Cisotti u lil Gianluca Cuomo. Plejers oħra li ġew…

Futbol lokali

Ħamsa u għoxrin sena wara r-rebħa storika ta’ Malta kontra l-Belġju fl-istadium nazzjonali f’Ta’Qali bl-iskor ta’ 1-0, Carmel Busuttil tkellem pubblikament għall-ewwel darba u ammetta li Raymond Vella, ‘il-Mundu’, kien…

Futbol lokali

L-ex President ta’ Floriana FC, uża l-paġna personali tiegħu ta’ facebook biex dalgħodu kiteb messaġġ lill-partitarji kollha tal-klabb. F’dan il-messaġġ, Said qal li fl-aħħar xhur, ġimgħat u jiem, diversi partitarji…

Aktar