Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Birkirkara ma jfallux kontra r-Rainbows

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Tarxien…………0

Birkirkara……..3

Birkirkara għelbu lil Tarxien bi 3 gowls fit-tieni taqsima.

L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet u l-ewwel xutt ġie min-naħa ta’ Birkirkara  wara ftit iktar min-nofs siegħa logħob, meta wara freekick mogħti qasir minn Paul Mbong ikun Kurt Zammit li jiprova bil-konklużjoni tiegħu tkun ċentrali u milqugħa tajba minn Fernandes. Fil-45 minuta ikun Paul Mbong bil-cross tiegħu b’direzzjoni lejn Kurt Zammit b’dan tal-aħħar jitfa’ għoli minn taħt il-lasti ta’ Tarxien.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima jkunu Birkirkara li jmorru fil-vantaġġ b’azzjoni personali ta’ Luke Montebello fejn jaqbeż żewġ difensuri ta’ Tarxien u faċilment jegħleb lil Fernandes. Fis-66 minuta ikun imbagħad Jurgen Debono bix-xutt tegħu jgħaddi barra. Pero’ jkunu Birkirkara li jirdupjaw fid-69 minuta fejn Caio Prado iqassam tajjeb lil Falcone b’dan jitfa’ fix-xibka. Fis-76 minua Birkirkara jagħmluwhom tlieta b’xejn meta Luke Montebello prova’ x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa bil-ballun isib ruħu fix-xibka.

Skor Finali: Tarxien R.   0  –   Birkirkara 3

Referi: Slobodan Petrovic

BOV Plejer tal-Logħba: Vito Plut ta’ Tarxien Rainbows

Formazzjonijiet:

Tarxien: Fernandes Daniel, Zarate Bilbao Edison (K. Attard 62’), Falzon Darren, Spiteri Matthew, Plut Vito, Debono Jurgen (C. Zahra 77’), Sciberras Luke, Paz Ivan Edgardo, Gatt Kyle, Kooh Sohna Raphael, Escobar Camilo

Birkirkara: Guarnone Sandro, Pepe Enrico, Yankam Yannick (G. Farrugia 86’), Montebello Luke, Mbong Paul (T. Ntow 82’), Zammit Kurt, Alidor Reginald, Verde Francesco F. Falcone 46’), Attard Cain, Prado Caio, Carniello Oscar

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.