Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Diego Venancio ta’ Floriana FC jirbaħ l-unur tal-Plejer tax-Xahar għal Settembru

Diego Venancio ta’ Floriana FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Settembru 2019.

L-Attakkant Brażiljan ta’ 26 sena ngħaqad ma’ Floriana minn Senglea Athletic u huwa kontributur ewlieni għall-ambizzjonijiet ta’ Floriana dan l-istaġun. Il-viżjoni tiegħu tal-logħba kienet kruċjali fid-draw ta’1-1 kontra Valletta fl-aktar derby mistenni tal-Kampjonat BOV Premier. Kien ukoll hu li għadda l-ballun lil Tiago Fonseca biex issiġġilla r-rebħa ta’ 2-0 kontra Gudja.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta ippreżenta t-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2019 lil Venancio. Il-plejer għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefika mid-donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti llum telaq lejn Spanja. Malta tilgħab id-disa’ partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2020, il-Ġimgħa fl-istadium Ramón de Carranza, f’Cadiz. Il-partita tibda fid-8.45pm u tixxandar…

Futbol lokali

Futbol lokali: L-attakkant ta’ Gżira United Jefferson de Assis rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru. De Assis irċieva t-trofew mingħand l-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna. Il-plejer għażel…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa llum wara nofs in-nhar jilgħab kontra l-Italja f’Castel di Sangro, logħba minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati tal-Ewropa 2021. Wara r-riżultat ta’ 1-1 kontra Iżrael tal-Ħamis…

Aktar