Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Draw bejn Ħamrun u St Andrews li ma jikkuntenta lil ħadd

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

ĦAMRUN S…………..1

ST ANDREWS……….1

Draw bejn l-Ispartans u s-Saints fl-Istadium Victor Tedesco meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1, f’logħba li pjuttost m’offriet kważi xejn ħlief il-goals li ġew wieħed f’kull taqsima. B’hekk, it-tim ta’ Ħamrun ħadu r-raba’ draw f’dan l-istaġun, filwaqt li kien it-tieni wieħed għal St Andrews.

Tliet tibdiliet għal Jacques Scerri mill-ħdax li bdew fid-draw kontra Hibernians, meta Jake Galea ħa post l-imweġġa’ Steve Sultana bejn il-lasti, filwaqt li Marco Criaco u Terence Agius bdew minflok is-sospiżi Tiago Souza de Silveira u Triston Caruana. Fuq in-naħa l-oħra, il-kowċ Michael Woods ta’ St Andrews għamel żewġ bidliet mit-tim li beda fit-telfa kontra Balzan, meta Tano Azian u Travis Blagrove ħadu post Liam Grech u Kevaughn Atkinson.

Fl-ewwel rawnd Ħamrun Spartans kienu għelbu lil St Andrews bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu għaddew 10 minuti meta mill-ewwel xutt lejn il-lasta rnexxilhom jiskurjaw. Kienet azzjoni li bdiet minn Galea li tefa’ ċentrali lejn Davide Succi li b’first timer tefa’ mal-art fix-xibka biex fetaħ l-iskor u għamilhom 1-0.

Fil-55 minuta Agius ta’ Ħamrun ittanta xortih mid-distanza, imma Calleja Cremona tar minn tulu u b’akrobazija salva. U żewġ minuti wara Kemar Reid irnexxielu jġib id-draw għas-Saints meta wara li qabeż żewġ difensuri, minn ġol-kaxxa spara għal ġewwa biex għamilhom 1-1. Reazzjoni minn Ħamrun fil-65 minuta meta mill-freekick, De Castro ra l-ballun jaħbat mal-barriera, u mir-rebound xeħet il-ballun ftit barra. Fit-83 minuta Ħamrun ipprotestaw għall-penalty meta Galea deher jitwaqqa’ fil-kaxxa, imma filwaqt li r-referee ħalla l-logħob għaddej, il-qiegħda dehret tisħon bejn il-plejers avversarji.

Riżultat finali: Ħamrun S. 1  St Andrews 1

BOV Player tal-Logħba: Kemar Reid ta’ St Andrews

Referee: Etienne Mangion

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……0 Birkirkara…2 F’logħba xotta mill-azzjonijiet Birkirkara akkwistaw tliet punti importanti. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara għaxar minuti loghob hekk kif pass fi tul Junior Cabral li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira Utd……..3 Hibernians……2 Gżira jerġgħu jitilgħu jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat premier hekk kif għelbu lil Hibernians 3-2,  bla dubju kienet logħba kumbattuta tul id-90 minuta bi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Tarxien………….2 Hamrun…………1 Fir-4 ġurnata tal-Kampjonat Premier Hamrun Spartans ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun u naqsu milli jitilgħu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fil-Victor Tedesco Stadium Tarxien meritatament għelbu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 St. Andrews……0 Sliema……………2 Meritatament Sliema jieħdu t-tlett punti fuq St Andrews b’gowl f’ kull taqsima. Sliema ħadu t-tielet rebħa fil-kampjonat BOV Premier meta kontra St Andrews…

Aktar