Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Draw bejn Sirens u Sliema li ma kkuntenta lil ħadd

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

SIRENS ….………….2

SLIEMA W…..……..2

Sirens u Sliema Wanderers temmew id-90 minuta ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2 li ma ssodisfa lil ħadd.

Il-partita bdiet fuq rittmu kalm ħafna, b’logħob f’nofs il-ground miż-żewġ timijiet sabiex l-ewwel azzjoni waslet mit-tim ta’ Sirens.

Fl-20 minuta, pass fit-tul ta’ Fernando Brandan lejn Vitor Veira iżda fil-pront ħareġ il-goalkeeper Cassar li mblokka.

Fis-27 minuta, free-kick angulat ta’ Danny Holla u l-goalkeeper Debono tajjar b’diffikulta.

Fit-42 minuta ħarba fuq il-linja ta’ Kemar Reid li qassam lil Vitor Veira bix-xutt ċentrali ta’ dan jiġi salvat b’diffikultà mill-goalkeeper Slimiż u ftit wara xutt angulat mill-viċin ta’ Rei Tachikawa spiċċa ftit għoli.

Żewġ minuti mil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema marru fil vantagg. Free-kick li ngħata minn Danny Holla, id-daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw ġiet salvata parzjalment minn Debono, daħal fil-pront Omar Elouni li tefa’ l-ballun ġewwa.

Fil-55 minuta xutt b’saħħtu ta’ Inters Gui ġie mblukkat f’korner mid-difiża ta’ Sirens. Fil-75 minuta, Sirens kisbu l-gowl tad-draw meta b’xutt b’saħħtu ta’ Vitor Veira għeleb għal kollox lil Cassar.

Fil-81 minuta Sirens marru fil-vantaġġ meta Fernado Brandan b’xutt ċentrali għeleb lill-goalkeeper Slimiż, iżda fit-88 minuta Sliema kisbu l-gowl tad-draw wara kontraattakk Slimiz kien Dejan Vukovic li għeleb lil Debono.

Referee : Ishmael Barbara.

BOV Pleyer tal-partita :Kurt Shaw ( Sliema W.)

Sirens .

J.Debono, A.Bianco, R.Tacihkawa, V.Veira(B.Gavrila85’), A.Effiong ( L.Zammit 64’), D.Albanese, A.Borg, J.Walker, F.Brandan, C.Riascos ( J.Degan 64’), K.Reid.

Sliema Wan.

D.Cassar, K.Shaw, O.Elouni, D.Holla, V.Berisha ( R.Sohna 85’), G.Aquilina, Y.Uchida, I.Gui, M.Beerman, J.Bilek, D.Vukovic.

Miktub minn...
TVM Sport