Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Draw f’logħba mimlija ċansijiet ta’ skor

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

HIBERNIANS …..0

ĦAMRUN …………0

Kienet meqjusa bħala l-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa bejn żewġ timijiet illi s’issa qed ikollhom xorti differenti fil-kampjonat. Punt biss kien qed jifred lil dawn iż-żewġ timijiet u għalhekk kienet mistennija partita ferm bilanċjata.

II-Pawlisti ma tantx kienu jinsabu b’moral għoli wara t-telfa ta’ 2-1 fl-aħħar konfront kontra St Andrews u għalhekk riedu jerġgħu jiksbu xi punti biex jibqgħu f’kuntatt ma’ ta’ fuq.

Ħamrun qed jiksbu punti prezzjużi s’issa u qed ikollhom staġun sodisfaċenti. Huma ma setgħux jinkludu lil Cristian Zaccardo li kien imweġġa’.

Hibs inkludew sa mill-ewwel minuta liż-żewġ attakkanti l-ġodda Jorginho u Joao Moreira.

Kienu Hibs li ħolqu l-ewwel okkażjoni tal-logħba fil-ħames minuta meta ġirja ta’ Jorginho spiċċat b’xutt li mar  ftit barra.

Erba’ minuti wara Ħamrun ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Espindola xxuttja ferm tajjeb b’Hogg jilqa’ temporanjament sabiex l-azzjoni tkompli u kien Succi li reġa’ pprova bid-difiża Pawlista tikklerja b’xi ftit tad-diffikulta’.

Fis-16-il minuta xutt ta’ Moreira spiċċa ftit barra.

Fl-40 minuta kien Julian Galea għal Ħamrun illi qassam lejn Davide Succi bil-ballun jispiċċa ftit għoli.

Proprju lejn it-tmiem Hibernians ferm perikolużi meta kross ta’ Kreuzriegler sab lil Moreira bil-ballun imur ċentimetri barra.

Bl-ewwel taqsima tispiċċa fi dro ta’ 0-0.

Fl-54 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Julian Galea jispiċċa kemm kemm barra mil-lasta ta’ Hogg.

Fil-71 minuta tentattiv mid-distanza ta’ Triston Caruana bil-keeper Hogg jilqa’ tajjeb.

Ħamrun spiċċaw din il-partita b’raġel anqas meta Tiago Souza de Silveira ntwera t-tieni karta safra wara telf ta’ ħin.

Minkejja kollox l-ebda tim ma rnexxielu jinfed id-difiża rispettiva sabiex il-klassifika tagħhom ftit inbidlet.

Skor finali: Hibernians 0 Hamrun 0.

BOV Plejer tal-Logħba kien Andrew Hogg.

Referi kien Eman Grech.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Mas Taborsko (Repubblika Ċeka) ……… 1 Floriana (Malta) ……………………………… 2 Il-progress ta’ Floriana mill-bidu tas-sena ‘l hawn ikompli jħalli l-frott hekk kif f’logħba ta’ ħbiberija l-Erbgħa…

Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Zbrojovka Brno (Repubblika Ċeka) ……… 3 Hibernians (Malta) ……………………………. 1 Fl-ewwel minn sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet Ċeki u mis-Slovakkja li ħadu sehem fit-Tipsport…

Futbol lokali

Ħamrun Spartans ippreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom hekk kif kisbu lill-midfielder Messikan ta’ tlieta u għoxrin sena Misael Miranda. Il-preżentazzjoni saret mill-President ta’ Ħamrun Spartans Nunzio Antignano, l-plejer iffirma b’self sal-aħħar…

Futbol lokali

Il-winger internazzjonali Malti ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena Myles Beerman issa uffiċjalment player ta’ Gżira United. Huwa ġie ppreżentat mill-President Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla. Beerman ingħaqad mal-Maroons…

Aktar