Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Draw ta’ erba’ gowls bejn Santa Lucia u Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

SANTA LUCIA …….2

MOSTA……………….2

Draw ta’ 2-2 bejn St Lucia u Mosta f’partita mill-iktar pjacevoli li ntlagħbet fl-istadium nazzjonali l-Ħadd filghaxija.

Wara tnejn u għoxrin minuta wasal il-gowl tal-1-0 għal Mosta minn corner, u Morisco bir-ras tefgħa fix-xibka.

Fit-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu ferm aktar determinati u wara biss ħames minuti ġabu d-draw peremzz ta’ Plut li rċieva ballun tajjeb fil-kaxxa ta’ Mosta, u tefa’ l-ballun fix-xibka mingħajr diffikulta. Minn wara din l-azzjoni.

Mosta reġgħu marru fil-vantagg minn gowl ta’ Roderick Briffa fl-74 minuta.

U meta Mosta ħasbu li se jirbħu l-partita, wasal il-gowl tad-draw ta’ St Lucia skurjat fil-ħin miżjud minn Dexter Xuereb, proprju ex plejer ta’ Mosta.

Referee tal-partita: Alex Johnson

Miktub minn...
TVM Sport