Futbol lokali
FILMAT Kampjonat BOV Premier: Draw u punt kull wieħed għal Mosta u Birkirkara

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Mosta………1

Birkirkara..1

B’Kara FC baqgħu bla rebħa wara 4 logħbiet meta ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Mosta FC.

Wara 6 minuti logħob xutt ta’ Mathias Muchardi fil-baxx u Hogg salva b’diffikultà.

Fis-16-il-minuta pass tajjeb ta’ Ryan Fenech lil Prado Caio li x-xutt tiegħu ġie mdawwar f’korner minn Vella, mill-istess azzjoni xutt ta’ Ryan Fenech spiċċa ftit barra, sabiex minuta wara Mosta marru fil-vantagg meta Akeem Roach kompla lejn Edin Murga li kien pront għeleb lil Andrew Hogg.

Fil-31 minuta shot-cross fil-baxx mil-lemin ta’ Prado Caio u l-goalkeeper Vella salva mal-art u sitt minuti wara xutt fil-baxx ta’ Miguel Angel Alba, reġa’ salva l-goalkeeper Mosti.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima B’kara kienu viċin li jiksbu l-gowl ta’ dro meta Falcone bir-ras kompla lejn Prado Caio li xxutja ftit barra.

Ftit wara it-tenattiv ta’ Federico Falcone mill-viċin ġie imblukkat tajjeb minn Vella.

Fis- 66 minuta xutt ieħor insidjuż ta’ Prado Caio bil-ballun jgħaddi ftit barra.

Fil 71 minuta B’Kara kisbu il-gowl ta’ dro minn penalty meta Dexter Xuereb waqqa lil Kurt Zammit fil-kaxxa u mill-penalty Miguel Angel Alba għeleb lil Vella fil-baxx.

Fl-84 minuta xutt tas-sostitut Zachary Brincat spiċċa ftit barra u ftit wara xutt mill-ewwel tas-sostitut Karkariż Michael Mifsud spiċċa ftit għoli mil-lasta Mostija u fl-aħħar minuta xutt mill-viċin ta’ Murga ġie mblukkat minn Andrew Hogg.

Referee : Matthew Degabriele.

BOV Player tal partita : Henrique Prado Caio.

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-President ta’ Żejtun Corinthians Joe Gauci tkellem għall-ewwel darba ma’ TVM Sport min mindu l-Club tiegħu ġie uffiċjalment dikjarat Champion tal-ewwel diviżjoni għall-istaġun 2019/20 u b’hekk kien promoss ukoll għall-kampjonat…

Futbol lokali

F’intervista ma’ TVMSport li se tixxandar illejla, Victor Sciriha kkonferma li se jibqa’ President ta’ Valletta FC u mhux se jkun qed jitlaq il-kariga qabel ma fi kliemu jara “li…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association ippreżentat it-tazza ta’ champions tal-BOV Gozo Football League 2019/20 lil Nadur Youngsters f’ċeremonja qasira. Din il-preżentazzjoni setgħet issir wara li l-kunsill tal-Malta Football Association ikkonferma d-deċizjoni tal-Gozo…

Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Aktar