Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Draw u punt kull wieħed għal Qormi u Pietà

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

QORMI ………………………….. 2

PIETA H. ……………………….. 2

B’gowl ta’ Mensah lejn it-tmiem Pieta kisbu l-ewwel punt tal-istaġun kontra Qormi f’logħba bejn it-timijiet promossi mill-Ewwel Diviżjoni. Kienet logħba li żvolġiet f’waħda interessanti wara bidu mill-iktar kwiet, bil-Qriema jkollhom l-opportunita li jagħlqu l-logħba bit-tielet gowl meta fallew penalty.

Fl-ewwel azzjoni denja tal-logħba wara nofs siegħa, Qormi fetħu l-iskor. Azzjoni tajba ta’ Iven Zammit fuq ix-xellug u pass lejn Mano Micallef kompletament żmarkat li b’xutt mill-ewwel fil-baxx għeleb lil Vella.

Żewħ minuti wara Qormi viċin it-tieni gowl meta minn azzjoni ta’ freekick il-ballun wasal f’saqajn Yankam li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta. Fid-39 minuta Pieta kisbu l-gowl tad-draw meta minn freekick ta’ Neil Pace Cocks, kien Macedo Neto li bir-ras għeleb lil Jamie Azzopardi

Minuta wara Pieta setgħu marru fil-vantaġġ, meta Mensah waħdu quddiem il-goalkeeper avversarju dam jaħsibha xi ftit u kien imwaqqaf bi bravura mill-goalkeeper Azzopardi.

Tmien minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Qormi mill-ġdid fil-vantaġġ meta Tensior Gusman rebaħ ballun ftit barra l-kaxxa u fajjar ġmiel ta’ xutt li għeleb għal kollox lil Vella. Fit-62 minuta Qormi kellhom ċans tad-deheb li jkabbru l-iskor meta Arrieta kien miġbud fil-kaxxa minn Degabriele bir-referee jordna l-penalty, iżda mill-11-il metru ix-xutt ċentrali tal-istess Arrieta kien salvat minn Vella.

Fl-aħħar fażi Pieta xeħtu kollox fl-attakk u minuta mit-tmiem kienu ppremjati meta Gabriel Mensah irċieva ballun f’tarf il-kaxxa u antiċipa l-ħarġa ta’ Azzopardi u skorja b’xutt fil-baxx.

Riżultat finali Pieta 2 Qormi 2, plejer tal-logħba Iven Zammit ta’ Qormi u ikkontrolla r-referee Jude Amin Utulu.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: Mill-Kampjonat BOV Premier żewġ Clubs St Andrews u Qormi rreġistraw protest kontra Floriana u Birkirkara rispettivament wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Kemm St. Andrews kif ukoll Qormi qed…

Futbol lokali

Jurgen Balzan rebaħ il-kategorija ta’ taħt id-19 -il sena tal-Major Tournament ta’ Milan f-Italja. Balzan rebaħ il-finali kontra l-plejer Franċiż Theo Modeste bl-iskor ta’ 1-0. Fil-kategorija Open ħadu sehem Massimo…

Futbol lokali

Football lokali: Fl-Okażjoni tal-128 sena mit-twaqqif tal-Club tal-Football ta’ St Georgess il-Kumitat preżenti ħaseb biex jfakkar din is-sena bil-kxief ta’ plakka kommemorattiva. Fi ħdan il-Club ta’ St Georges għad hemm…

Futbol lokali

GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni SK Victoria Wanderers – Gharb Rangers FC 1-0 78’ (1-0) penalty Predrag Dordevic Kercem Ajax FC – Xewkija Tigers FC 1-1 6’ (1-0) Felipe Augusto…

Aktar