Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Draw u punt kull wieħed li ma ferraħ lil ħadd

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19.

B’KARA FC………….0

FLORIANA FC……..0

Draw ta mingħajr gowls li ħalla liż-żewġ timijiet fl-istess pożizzjoni.

Wara 7 minuti logħob kontraattak ta’ Floriana, meta Edward Herrera  kompla  lejn Lucas Viera Da Silva li minn pożizzjoni ċentrali ixxutja ftit barra.

Fit-12-il minuta kross insidjuz ta’ Oyama iżda minn taħt il-lasti Karkariża Lucas Viera Da Silva żelaq u ic-ċans intilef.

Fis-26 minuta xutt min tarf il kaxxa ta’ Jose Arias spiċċa ftit għoli u ftit wara kross ta’ Herrera u tenattiv ta’ Veira Da Silva ġie imdawwar f’korner minn Andrew Hogg.

Fis-26 minuta ċans kbir għall greens li imorru fil vantagg, il-free-kick minn Henrique Oyana u daqqa ta’ras ta Enzo Ruiz taħbat mal- lasti kalkariża u tispiċċa barra u minuta qabel ghalqet l-ewwel taqsima Veira Da Silva kompla lejn Jurgen Pisani pero xutt fil baxx ta’ dan kien salvat tajjeb minn Andrew Hogg.

Fil-61 minuta pass fit tul lejn Edward Herrera pero fil pront joħroġ Andew Hogg li imblokka ma l-art.Żewġ minuti wara il-kross ta Johann Bezzina u konklużjoni ta’ Jorge Da Silva Perriera ġiet imdawwar f’korner minn Akpan.Fit 80 minuta xutt fil baxx ta’ Mislav Andelkovic u Akpan salva bla diffikulta.

Referee : Trustin Farrugia Cann

BOV Player tal partita : Diego Brandon Paiber ( Floriana FC).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Mosta   …………1 Gżira    ……..…..1 Gżira salvaw draw fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Mosta f’logħba li ntemmet draw  ta’ 1-1 Mosta fetħu l-iscore fil-ħames minuta meta minn cross…

Futbol lokali

U minn għada s-Sibt sat-Tnejn li ġej ikompli l-Kampjonat BOV Premier bil-25 ġurnata. Il-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa jkunu dawn: Is-Sibt 20 ta’ April – Hibernians Stadium 16.00 Pieta’ Hotspurs –…

Futbol lokali

John Buttigieg, l-ex kowċ ta’ Sliema Wanderers u tat-tim nazzjonali Malti, se jinħatar kowċ ta’ Birkirkara FC fis-sigħat li ġejjin. Buttigieg hu wieħed mill-iktar kowċis ta’ esperjenza kbira b’karriera brillanti…

Futbol lokali

Għaxar plejers tal-kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Għaldaqstant, huma mhux se jkunu eliġibbli li jilagħbu l-partita li jmiss. Dawn huma Enzo Ruiz ta’ Floriana;…

Aktar