Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Dro bejn il-Wanderers u l-Athletic li prattikament ma jissodisfa lil ħadd

Sliema W….. 0
Senglea A….. 0

Konfront bejn żewġ timijiet fil-bżonn tal-punti għall-objettivi differenti ntemm fi draw ta’ mingħajr gowls.
Senglea li kellhom lil Augusto Caseres kienu ġejjin minn rebħa fuq St. Andrews u żewġ dros kontra Tarxien Rainbows u Ħamrun Spartans rispettivament. Mill-banda l-oħra l-Wanderers fl-aħħar logħba spiċċaw fuq in-naħa rebbieħa kontra Qormi bl-iskor ta’ 3-2.
Fl-ewwel rawnd Sliema kienu għelbu lil Senglea bl-iskor ta’ 2-0.

Senglea kellhom l-inizjattiva tul l-ewwel ħamsa u erbgħin minuta iżda qatt ma’ kienu ta’ theddida serja għal-lasta difiża minn Aquilina.
L-ewwel azzjoni tal-logħba waslet fis-26 minuta minn Sliema meta kien free kick minn tarf il-kaxxa ta’ Marzouk li spiċċa barra. Bir-risposta Sengleana tasal disa’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta Marukawa għadda bejn Biancardi u Shaw u wara li evita lill-gowlkeeper avversarju kkonkluda fuq ix-xibka minn barra.

Fit-62 minuta azzjoni ta’ Senglea hekk kif minn corner ta’ Venancio kien Romulo li bir-ras ikkonkluda ftit barra. Fis-77 minuta kontrattakk ta’ Sliema Marzouk qassam lejn Varela iżda x-xutt tiegħu għadda ftit għoli. Risposta immedjata ta’ Senglea li kellhom xutt ta’ Garcia salvat minn Aquilina. Biex ħames minuti mit-tmiem free kick ta’ Venancio għadda ftit għoli.

Riżultat finali: Sliema W. 0 Senglea A. 0
Ikkontrolla din il-logħba r-referee Etienne Mangion
Il-player ta’ Senglea Athletic Diego Venancio ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Sirens FC…………1 Floriana FC………4 Floriana baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat Premier meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1. Il-Greens kienu kapaċi jdawru telfa f’rebħa u…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20. SENGLEA A……………………2 SLIEMA Wds………………….0 Senglea kienu ġejjin minn dro ta’ mingħajr gowls kontra St.Lucia filwaqt li s-Slimiżi kienu ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Sirens. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 MOSTA …………..1 SANTA LUCIA …0 Gowl skurjat minuta minn tmiem il-partita qaxleb il-miżien lejn Mosta dan wara li huma għelbu lil Santa Lucia f’logħba li ftit…

Futbol lokali

Bejn illum u nhar it-Tnejn tintlagħab is-seba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Il-logħob kollu tas-seba’ ġurnata ser jintlagħab fis-Centenary Stadium, Ta’ Qali. Wieħed mill-aktar konfronti importanti ser ikun dak tas-Sibt kmieni…

Aktar