Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Dro pjaċevoli f’wieħed mid-derbies l-antiki

Kampjonat BOV Premier 2021/22

Gżira …………………….1

Sliema ………………….1

Dro ta’ 1-1 bejn Gżira United u Sliema Wanderers f’partita meqjusa bħalha wieħed mid-derbies l-antiki.

Bidu mill-aqwa għall-Gżira hekk kif wara biss ħames minuti logħob huma jiftħu l-iskor. Kienet triangolazzjoni tajba bejn Jefferson De Assis u Martin Davis li xeħet kross tajjeb fil-baxx, bil-player Jefferson De Assis b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta jegħleb għall-kollox lil Aquilina.

Fis-17-il minuta Gżira viċin li jirduppjaw,kien korner mogħti tajjeb minn Espindola bid-daqqa ta’ ras ta’ Mendoza tara lil Aquilina jwettaq save stupend għall-corner ieħor. Mill-korner suċċessiv Aquilina isalva fil-baxx b’diffikulta xutt mill-viċin ta’Jefferson De Assis.

Minuta biss wara Gżira jerġgħu jersqu viċin din id-darba ix-xutt ta’ Maia jgħaddi ftit għoli fuq il-lasta.

Fil-35 minuta Gżira jolqtu l-lasta. Korner ieħor mogħti ferm tajjeb minn Espindola daqqa ta’ras ta’ Jefferson De Assis bil-ballun jaħbat mal-wieqfa b’Aquilina megħlub għall-kollox.

Żewġ minuti wara S.Borg ta’ Gżira jdabbar karta safra.

Fit-42 minuta  Sliema joħolqu l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, xutt mill-viċin ta’ Berisha jgħaddi kemm kemm barra.

Wara żewġ minuti miżjuda fuq il-ħin regolamentari għalqet l-ewwel taqsima 1-0 favur Gżira.

Fis-46 minuta G.Inters ta’ Sliema jdabbar karta safra għall-fawl f’nofs il-ground.

Fis-siegħa logħob Sliema jġibu d-dro xutt bellezza minn barra l-kaxxa l-kbira ta’ M.Fernandes jegħleb għall-kollox lil J.Haber għall-1-1.

Fit-68 minuta Gżira kellhom goal imħassar għall-offise ġustment mit-terna arbitrali.

Minuta biss wara Gżira jerġgħu jersqu viċin iżda minn pożizzjoni tajba Jeffersson jixħet il-ballun inkredibilment barra.

Fit-72 minuta freekick minn pożizzjoni ċentrali mogħti minn Maia ballun jiġi imxellef mill-barriera Slimiża bil-ballun jaħbat mal-minduda.

Fil-75 minuta xutt ta’ G.Inters jgħaddi ftit barra.

Żewġ minuti biss wara Sliema jerġgħu viċin azzjoni tas-sostitut O. Elouni b’Haber isalva l-ballun b’diffikulta.

Fit-82 minuta freekick ta’S.Pisani għall-Gżira jgħaddi ftit għoli.

Minuta wara kross minn fuq il-lemin għall-Sliema bix-xutt bil-baxx ċentrali jkun salvat minn Haber.

Minuta wara perkussjoni f’ kontraattakk ta’ Gżira ta’ Jefferson De Assis bid-difiża ta’ Sliema tinnewtralizza b’diffikulta kbira.

89 minuta tasal karta safra oħra din id-darba murija lil R.Sohna ta’ Sliema.

Wara 4 minuti miżjuda fuq il-ħin regolamentari tintemm il-partita

Gżira: J.Haber,G.B.Mentz,S.Borg(C),N.Muscat(90 C.Gauci),S.Pisani,Z.Scerri,M.Davis,      M.Maia(77 E.Mbong),T.Espindola,J.De Assis, J.Mendoza

Sliema: T.Aquilina,C.Flores(45 O.Elouni),K.Shaw,J.Mintoff(C)(55 D.Vukovic),M.Fernandes(90 J.Engerer), D.Holla(71E.Agius),V.Berisha(71R.Sohna),G.Inters,M.Beerman,J.Bliek

BOV Player tal-partita: Miguel Fernandes Sliema

Referi: Slobodan Petrovic

Miktub minn...
TVM Sport