
Bejn illejla u l-Ħadd li ġej tintlagħab it-22 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Żgur li l-logħba mistennija hija dik t’għada filgħaxija bejn Gżira United u Ħamrun Spartans, biż-żewġ timijiet iridu l-punti massimi fil-ġlieda tagħhom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Telfa għall-Ispartans tista’ tfisser li naraw tim ieħor fil-quċċata tal-klassifika, imma b’rebħa l-Ħamruniżi jkomplu l-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tat-titlu. F’logħbiet oħra, Senglea Athletic żgur ser isibuha diffiċli biex jippruvaw jirbħu l-ewwel logħba f’dan l-istaġun, meta jiltaqgħu kontra Valletta li jittamaw li jirbħu żewġ logħbiet konsekuttivi.
Illejla – Centenary Stadium
17:00 Gudja UTD FC – Tarxien R. FC
21:00 Sirens FC – Lija A. FC
Għada – Stadium Nazzjonali
14:00 Birkirkara – Floriana
18:00 Gżira UTD FC – Ħamrun S. FC
Għada – Hibernians Stadium
14:00 Santa Lucia FC – Mosta FC
18:00 Hibernians FC – Żejtun C. FC
Il-Ħadd – Stadium Nazzjonali
14:00 Balzan FC – Sliema W. FC
18:00 Senglea A. FC – Valletta FC