Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jassiguraw it-3 punti fit-tieni taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Pieta’ Hotspurs…. 0

Floriana FC ……….2

Floriana kisbu rebħa tajba kontra Pieta’ Hotspurs b’żewġ gowls fit-tieni taqsima fl-ewwel partita li ntlagħbet fil-Grawnd Ċentinarju nhar l-Erbgħa. B’dan ir-riżultat, Floriana telgħu fit-tmien post b’25 punt filwaqt li Pieta baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika b’għaxar punti.

Pita’ Hotspurs riedu jiksbu xi haġa minn din il-partita kontra Floriana jekk kellhom xi ħjiel li jsalvaw mir-relegazzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Minn-naħa tagħħom , il-Greens ukoll riedu jagħmlu ċert li ma jkunux f’xi periklu b’rebħa u t-tlett punti f’dan il-konfront.

Fl-ewwel għoxrin minuta rajna attakki kostanti minn Floriana iżda dawn ftit li xejn inkwetaw id-digiża ta’ Pieta’. Floriana resqu viċin b’xutt ta’ Alex Cini li għadda ftit barra fid-39 minuta.

Fis-47 minuta, Jose’ Arias kellu xutt tajjeb fil-baxx li ġie salvat għal korner minn Nicky Vella. Floriana finalment marru fil-vantaġġ meta Diego Brandon Paiber fajjar xutt mill-isbaħ li ħabat mal-lasta u baqa dieħel ġewwa x-xibka. Pieta’ għamlu rejazzjoni tajba meta’ Paul Chimezie kellu xutt li għadda kemm kemm għoli fis-66 minuta.

Iżda kienu Floriana li reġgħu skurjaw fit-72 minuta meta Emerson Marcelina fajjar xutt mill-isbaħ minn kważi mal-pemnalty spot u ma taha l-ebda ċans lill Vella fil-lasti tal-Pieta’. Pieta’ reġgħu resqu viċin li jiskurjaw meta Callistus kellu xutt fil-baxx wara ħarba tajba bil-gowler isalva tajjeb. Fid-90 minuta, Pieta’ kienu sfortunati li ma skurjawx il-gowl tal-bandiera meta Artiaga qassam lill Callistus li raha x-xutt brillanti tiegħu salvat b’mod akrobatiku minn Akpan.

BOV Plejer tal-Partita: Emerson Marcelina (Floriana).

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex difensur ta’ Hibernians u Gżira United, Rodolfo Soares se jingħaqad maċ-champions tal-futbol Għawdxi, Nadur Youngsters. Id-difensur ta’ 35 sena ilu għal dawn l-aħħar żewġ staġuni ma’ Gżira United. Il-Brażiljan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong jista’ jingħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-sigħat li ġejjin. TVMSport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans diġà tkellmu ma’ Hibernians u mal-plejer innifsu. Jidher li bejn Hamrun…

Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Aktar