Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jegħlbu lil Birkirkara b’gowl fl-ewwel taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

BIRKIRKARA FC..0

FLORIANA FC…..1

L-ewwel azzjoni waslet wara minuta u nofs, xutt mid-distanza ta’ Diego Venancio, salva tajjeb  Andrew Hogg.

Erba’ minuti wara shot-cross ta’ Henrique Prado kien salvat minn Etim Akpan.

Fl-14 -il minuta xutt b’saħħtu ta’ Miguel Angel Alba jaħbat mal-lasta l-wieqfa bil-goalkeeper Akpan megħlub għal kollox.

Fid-19 -il minuta free-kick ta’ Venancio jaħbat mal-barriera karkariża bil-ballun jiġi mdawwar f’korner minn Hogg.

Fis-27 minuta xutt angulat ta’ Jose Arias u Andrew Hogg b’diffikulta’ dawwar f’korner.

Fit-30 minuta xutt  b’saħħtu ta’ Jurgen Pisani u Hogg reġa’ kien prominenti u dawwar f’korner, mill-istess korner li ngħata minn Venancio.

Floriana marru fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras ta’ Kristian Keqi li għeleb għall kollox lil goalkeeper karkariż. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima xutt angulat ta’ ex Maurizio Vella għadda ftit għoli u ftit wara daqqa ta’ ras ta’ Henrique Prado Caio spiċċat ftit barra.

Wara erba’ minuti mil-ftuħ tat-tieni taqsima xutt fil-baxx ta’ Augusto Caseras ta’ Floriana, salva fil-pront Andrew Hogg.

Fit-53 minuta xutt min barra l-kaxxa ta’ Luke Montebello għadda ftit għoli mil-lasta furjaniża.

Fis-60 minuta kross ta’ Vella u daqqa ta’ ras tas-sostitut Federico Falcone ġiet ikklerjat minn fuq il-linja minn Enzo Ruiz, il-ballun spiċċa għand Roderick Briffa bix-xutt ta’ dan jiġi mdawwar f’korner minn Akpan bil-għajnuna tal-lasta.

Fil-75 minuta kross angulat ta’ Federico Falcone bil-ballun jaħbat mal-lasta mimduda u jiġi kklerjat. Lejn it-tmiem B’kara tefgħu kollox fuq l-attak pero’ t-tim Furjaniż żamm ir-riżultat sal-aħħar biex kisbu l-ewwel 3 punti tagħhom.

Referee: Fyodor Zammit.

BOV Player tal-partita: Krtistian Keqi (Floriana FC ).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER  2019/20. Ħamrun Spartans……….1. Senglea Athletic………….0. Gowl ta’ Soufiane Lagzir kien biżżejjed sabiex Ħamrun Spartans jegħlbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0 sabiex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT GFA 2019/2020 Il-leaders tal-kampjonat Għawdxi Nadur Youngsters irkupraw mit-telfa li ġarrbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kisbu rebħa ta’ erbgħa b’wieħed kontra Għajnsielem. Nadur daħlu jistrieħu fil-vantaġġ b’gowl…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association, illejla se tkun qed tiltaqa’ mal-klabbs tal-Kampjonat BOV Premier, biex tispjegalhom kif se taħdem is-sistema tat-tim Malti fil-kampjonat Taljan tal-Lega Pro minn staġun ieħor. TVM Sport jinsab…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA ……..1 BIRKIRKARA… 4 Valletta sfaw umiljati minn Birkirkara dan wara li fil-logħba prinċipali huma tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-1. B’hekk Valletta fallew iċ-ċans li jitilgħu…

Aktar