Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jerġgħu jirbħu u jibqgħu konsistenti fl-ewwel post

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Floriana……..2

Tarxien R……1

Floriana jkomplu bil-mument pożittiv ferm tagħhom f’dan l-istaġun, b’rebħa meritata li mmaterjalizzat fit-tieni taqsima, rebħa ta’ 2-1 fuq it-tim ta’ Tarxien R. Tarxien Rainbows li jibqgħu jistennew l-ewwel punti f’dan il-kampjonat.

Fit-3 minuta, Floriana resqu verament vicin li jmorru fil-vantaġġ, meta ‘free-kick’ sabiħ ta’ Diego Venancio minn barra l-kaxxa, kellna l-illużjoni tal-gowl, pero’ l-ballun li jmiss biss max-xibka minn barra, u jibqa’ sejjer barra.

Fit-23 minuta, ikunu pero’ Tarxien Rainbows li jmorru fil-vantaġġ, azzjoni sabiħa ferm personali ta’ Torres Manuel Murillo, bix-xutt bid-dawra tiegħu minn barra l-kaxxa, ballun li jispiċċa fix-xibka, minkejja t-tentattiv tal-gowlkeeper ta’ Floriana Ini Akpan biex jevita’ milli l-ballun jidħol fix-xibka.

Pero’ 3 minuti wara, l-Greens jiksbu l-parita’, ‘free-kick’ dirett ta’ Jan Busuttil mil-lemin, ballun fix-xibka wara li kien hemm devjazzjoni mid-difiża ta’ Tarxien, għal gowl verament sabiħ minn dan il-plejer.

Fl-34 minuta, Floriana jkollhom ċans tajjeb minn ‘through-ball’ ta’ Matias Garcia, jgħaddi lejn il-plejer in-forma dan l-istaġun Kristian Keqi, bix-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Rudy Briffa bejn il-lasti Tarxiniżi, biex Tarxien jeħilsu l-periklu, biex żewġ minuti wara, Floriana saħansitra jkollhom ballun mal-wieqfa, wara xutt mill-viċin ta’ għal darba oħra ta’ Keqi, wara li jirċievi mix-xellug.

Fl-44 minuta, Jan Busuttil ikollu ċans tad-deheb għal Floriana biex jitfagħhom fil-vantaġġ, meta quddiem Briffa jitfa’ barra, wara li rċieva mingħand Tiago Adan Fonseca mix-xellug.

Tieni taqsima, u fit-53 minuta, Floriana jirnexxilhom imorru fil-vantaġġ, kross ta’ Diego Venancio mix-xellug, daqqa ta’ ras ta’ Kristian Keqi, ballun li jidħol fix-xibka, Floriana 2-1 Tarxien R.

Fid-59 minuta, Keqi ta’ Floriana, f’partita tajba ferm għalih, ikollu ċans li jagħmilhom 3 għal Floriana, pero minn quddiem Briffa, jitfa’ inkredibilment barra. Fl-84 minuta, Kristian Keqi mix-xellug jgħaddi lejn Diego Venancio li mil-lemin jitfa’ barra għal Floriana.

BOV Plejer tal-Partita-Kristian Keqi (Floriana)

Referee-Eman Grech

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja ………0 Valletta……1 Rebħa għat-team belti bi skor minimu fuq it-team ta’ Gudja jara lil Valletta jakkwistaw it-tielet rebħa dan l-istaġun. L-ewwel azzjoni tal-partita waslet mat-8…

Futbol lokali

MAFA KAMPJONAT TAT-TIENI DIVIŻJONI 2019/2020 L-attakkant Ali Hassan Agid kien il-protagonista prinċipali fid-debutt tal-ħolm ta’ Tarxien AFC meta għelbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 4-0. Hekk kif ingħata bidu għall-kampjonat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara……..1 Gżira UTD…….3  Gżira United ħadu t-tielet rebħa infila u baqgħu mhux megħluba meta fit-tieni logħba tas-Sibt fis-Centenary Stadium huma rebħu kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 3-1….

Aktar