Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jiddominaw u jiskurjaw erbgħa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Tarxien Rainbows…..0

Floriana………………..4

Floriana rritornaw għar-rebħ b’erba’ goals u wirja konvinċenti mat-team tal-qiegħ Tarxien Rainbows wara l-wirjiet diżappuntanti fl-aħħar ħarġiet li rawhom jieħdu biss punt minn tliet partiti.

Waqt li r-rebħa tħalli lill-Furjaniżi fil-quċċata, għar-Rainbows ir-relegazzjoni qegħda kull ma jmur issir aktar ċertezza: is-sbatax-il telfa tagħhom dan l-istaġun tħallihom ankrati waħedhom fl-aħħar post. Għal din il-partita Tarxien kellhom lill-captain regolari Matthew Tabone sospiż.

Floriana ddominaw il-ftuħ u wara li marru qrib f’żewġ okkażjonijiet: ma kinitx sorpriża li marru fil-vantaġġ mal-14-il minuta meta through-pass ta’ D’Agostino sab lil Tiago Fonseca, li għeleb in-nasba tal-offside, avvanza u malli daħal fil-kaxxa kaxkar xutt li għeleb lil Briffa għar-rokna tax-xibka.

L-azzjonijiet baqgħu joħolquhom Floriana biss u man-nofs siegħa logħob għamluhom tnejn: xogħol tajjeb ta’ Arias mat-touchline, kross għan-nofs, mill-kaxxa ż-żgħira Keqi ma falliex.

U seba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima l-iskor sar 3-0: kien is-soltu Venancio li minn freekick mhux wisq bogħod miċ-ċirku ta’ nofs il-ground venven xutt li nganna lil Briffa għal kollox, bil-ballun jaqbeż quddiemu u jispiċċa warajh.

L-ewwel taqsima għalqet 3-0: bi Floriana jnaqqsu r-ritmu wara l-mistrieħ imma xorta jsibu  l-ħin jiskurjaw ir-raba’ goal minn Matias Garcia fis-67 minuta.

Sitt minuti mid-90, l-uniku save tal-partita tal-goalkeeper ta’ Floriana Ini Akpan meta htieġlu joħroġ fuq Andrejic.

Iż-żewġ timijiet bdew b’din il-formazzjoni:

Tarxien Rainbows: Rudy Briffa, Marco Botta, Thomas Veronese, Destin Mambouana, Brandon Muscat (captain), Gary Camilleri, Aleksa Andrejic, Marko Stanojevic (77’ Nevin Portelli), Dhonatan Santos da Hora (63’ Daniel Vassallo), Miranda Gomez, Luca Brincat

Coach: Demis Paul Scerri

Floriana: Ini Akpan, Enzo Ruiz, Diego Venancio, Kristian Keqi (70’ Jan Busuttil), Ulisses Arias (62’ Clyde Borg), Stefano D’Agostino (78’ Bradley Sciberras), Jurgen Pisani (captain), Matias Garcia, Alexander Cini, Ryan Camenzuli, Tiago Fonseca

Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Emanuel Grech

BOV Player tal-Logħba: Stefano d’Agostino (Floriana)

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar