Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jirbħu b’goal f’kull taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

TARXIEN RAINBOWS………0

FLORIANA FC………………….2

Fl-ewwel partita li kellna fil-grawnd nazzjonali f’Ta Qali meritatament Floriana għelbu lil Tarxien bl-iskor ta’ 2-0. Tlett punti li poġġew lil Floriana punt biss taħt Gżira. Rebħa importanti wara li Floriana kienu ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra B’Kara. Għal Floriana rajna r-ritorn ta’ Sebastian Nayar fil-perjodu ta’ trasferimenti. Nfakkarkhom li fl-ewwel rawnd Floriana kienu għelbu lil Tarxien bl-iskor kbir ta’ 5-0. Din it-telfa tħalli lir-Rainbows b’għaxar punti fil-klassifika.

Tibda l-partita bl-ewwel azzjoni tkun maħduma minn Floriana fil-ħames minuta logħob b’Cabral jikkonkluda perfett però r-referee jsaffar fuq senjalazzjoni ta’ off-side. Minuta biss wara rajnha konklużjoni sabiħa ta’ Steve Pisani tiġi mdawwra f’corner mgħejuna mill-wieqfa. Għaxar minuti logħob reġa kien il-captain ta’ Floriana li prova tentattiv bil-keeper Antonio Chetcuti jdawwar f’corner. Reazzjoni ta’ Tarxien fis-sittax –il minuta logħob meta rajna freekick ta’ Aryton Azzopardi jsalva f’diffikulta Matthew Grech. Tnejn u għoxrin minuta reġaw kienu Tarxien bil-plejer James Brincat jaqbeż id-difiża u x-xutt tiegħu reġa salvah Matthew Grech. Reġaw kienu r-Rainbows fil-wieħed u erbgħin minuta – xutt minn barra l-kaxxa ta’ Aryton Azzopardi – Grech jdawwar f’corner. Tlieta u erbgħin minuta kienu Floriana li fetħu l-iskor meta Maurizio Vella ta pass fil-baxx lejn Mario Fontanella biex ikkonkluda mingħajr diffikultà.

L-ewwel Taqsima għalqet 1-0 favur Floriana.

Tarxien ħarġu ferm aħjar fit-tieni taqsima minkejja li naqset ir-ritmu mhux ftit. Kienu Floriana li ħolqu azzjoni fit-tnejn u sittin minuta xutt ta’ Sebastian Nayar minn barra l-kaxxa li għadda viċin il-lasti tar-rainbows. Erbgħa u sebgħin minuta kellna azzjoni ta’ Tarxien bil-pass jasal lejn Sean Cippriott – tentattiv mill-kaxxa l-kbira għadda fil-baxx barra. Floriana għamluwhom 2-0 fit-tnejn u tmenin minuta xutt b’saħħtu ta’ Maurizio Vella minn barra l-kaxxa li għeleb għal kollox lil Chetcuti

Skor finali Tarxien – Floriana 2-0

Referee tal-partita Jude Amin Utulu.

BOV Pleyer tal-logħba ġie vvutat mill-ġurnalisti preżenti il-plejer u captain ta’ Floriana Steve Pisani.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Mas Taborsko (Repubblika Ċeka) ……… 1 Floriana (Malta) ……………………………… 2 Il-progress ta’ Floriana mill-bidu tas-sena ‘l hawn ikompli jħalli l-frott hekk kif f’logħba ta’ ħbiberija l-Erbgħa…

Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Zbrojovka Brno (Repubblika Ċeka) ……… 3 Hibernians (Malta) ……………………………. 1 Fl-ewwel minn sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet Ċeki u mis-Slovakkja li ħadu sehem fit-Tipsport…

Futbol lokali

Ħamrun Spartans ippreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom hekk kif kisbu lill-midfielder Messikan ta’ tlieta u għoxrin sena Misael Miranda. Il-preżentazzjoni saret mill-President ta’ Ħamrun Spartans Nunzio Antignano, l-plejer iffirma b’self sal-aħħar…

Futbol lokali

Il-winger internazzjonali Malti ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena Myles Beerman issa uffiċjalment player ta’ Gżira United. Huwa ġie ppreżentat mill-President Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla. Beerman ingħaqad mal-Maroons…

Aktar