BOV Premier League 2021/22
Kampjonat BOV Premier: Floriana jirkupraw gowl minn taħt u jegħlbu lil Gżira United

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22.

Floriana FC………2

Gżira Utd…………1

Floriana għelbu lil Gżira United bi skor ta’ 2-1 wara li kienu gowl minn taħt biex dawru r-riżultat u issa laħqu lil Valletta bi 13-il punt fil-klassifika.

Wara biss 5 minuti logħob, Gżira marru fil-vantagg meta Mendoza kompla lejn Yuri Messias li baqa’ javvanza u b’xutt fil-baxx għeleb lil Kitanov.

Żewġ minuti wara, Floriana kellhom iċ-ċans li jiksbu il-gowl ta’ dro, pass ħazin ta’ Mendoza fil-kaxxa, Luke Tabone waqqa’ lil Kristian Keqi, bil-penalty li jingħata mill-istess Keqi li ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi salvat minn Justin Haber.

Fis-27 minuta cross-shot insidjuż ta’ Nicolai Muscat fil-kaxxa Furjaniża iżda Kitanov ħareġ jimblokka fil-pront.

Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima, korner li ngħata minn El Hasni u d-daqqa ta’ ras ta’ Daniel Agius kienet żbaljata għall kollox.

Fit-53 minta Gzira, b’10 plejers meta Luke tabone waqqa’ lil Ciolaco, u ntwera t-tieni karta safra.

Żewġ minuti wara Jose Aries kompla lejn Ryan Camenzuli li x-xutt fil-baxx tiegħu jgħaddi ftit barra.

Fit-58 minuta ċans ieħor għal Floriana meta daqqa ta’ ras ta’ Arias ġiet ikklerjata minn fuq il-linja bir-ras minn Bohrer.

Fis-66 minuta korner li ngħata minn Jan Busuttil u first-timer ta’ El Hasni taħbat ma’ sieq il-lasta tal-Maroons.

Fit-78 minuta Floriana kisbu gowl ta’ dro meta Jose Arias kompla lejn Andrei Ciolacu u dan b’xutt fil-baxx għeleb lil Haber.

Minuta mit-tmiem Floriana skurjaw il-gowl tar-rebħa meta Ryan Camenzuli b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb għall kollox lil Haber.

Referee : Fyodor Zammit.

BOV Pleyer tal-partita :Yuri Messias ( Gżira Utd ).

Floriana FC. G.Kitanov, A.Magri Overend ( A.Garzia 88’), C.Rutjens, O.El Hasni, Z.Cassar, K.Keqi ( E.Rebenja 46’), J.Arias, A.Ciolacu, B.Paiber, R.Camenzuli, D.Agius ( J.Busuttil 46’)

Gzira Utd. J.Haber, G.Bohrer, L.Tabone, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias( M.Davis 60’), C.Gauci ( M.Maia 72’), T.Espindola( N.Portelli 55’), J.De Assis, J.Mendoza.

Miktub minn...
TVM Sport