Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jirritornaw għar-rebħ

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

BALZAN FC………..1.

FLORIANA FC……..3.

Wara biss 8 minuti logħob Balzan marru fil vantagg, il-kross mil-lemin ta’ Uros Ljubomiric għola tajjeb Andrija Majdevac u daqqa ta’ ras tiegħu tkompliet għall ġewwa minn Jurgen Pisani.

Fis 27 minuta cans kbir għal Balzan fejn setgħu jżidu l-skor meta Ljubomirac għadda ballun tajjeb lil Luke Montebello pero ix-xutt b’saħħtu ta’dan, kien imblukkat tajjeb ferm mill goalkeeper Akpan.

Fis 36 minuta xutt bid-dawra ta’ Tiago Fonseca spiċċa ftit barra, pero tlett minuti wara il-greens kisbu il-gowl ta’ dro meta Keqi kompla lejn Fonseca bix-xutt fil-baxx ta’ dan għadda minn taħt Naumovski.

Mal-ftuħ ta’ tieni taqsima, Fonseca kompla lejn Kristian Keqi li xutt minn taħt il-lasta ta’ Balzan spiċċa barra.

Fis 57 minuta xutt ċentrali ta’ Majdevac ġie imblukkat f’korner mid-difiża ta’ Floriana u minuta wara xutt ta’ Montebello destinat għall ġewwa kien imtajjar minn fuq il-linja minn Jurgen Pisani.

F’74 minuta xutt fil baxx ta’ Luke Montebello ġie salvat tajjeb minn Akpan u zewg minuti wara Floriana marru fil vantagg, kontra attakk veloĊi Kristian Keqi kompla lejn is-sostitut Augosto Caseres li b’xutt fil baxx ma ta’ l-ebda ċans lil goalkeeper ta’ Balzan isalva.

U fil-ħin miżjud kontra attakk ieħor tal greens u jasal it-tielet gowl meta Venancio ghadda lejn Keqi u dan b’xutt fil baxx ghamel riżultat finali …Blazan 1 v Floriana 3.

Referee: Matthew Degabriele.

BOV Plejer tal –partita :Uros Ljubomirac ( Balzan ).

Balzan FC.

K.Naumovski, A.Loof, N.Sljvic, S.Pisani, S.Bezzina, P.Fenech, U.Ljubomirac, I.Bozovic, A.Faria, A.Majdevac, L.Montebello.

Floriana FC.

I.Akpan, E.Ruiz, D.Venancio, K.Keqi, J.Arias, D.Paiber, J.Pisani, N.Garcia, A.Cini, R.Camenzuli, T.A.Fonseca.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Sirens……………….0 Sliema W…………..0 Fit-tieni logħba li ntlagħbet fic-Centenary Stadium tard il-Ġimgħa filgħaxija Sliema Wanderers u Sirens temmew il-konfront tagħhom fi draw ta’ mingħajr goals. Kienet logħba…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Senglea Athletic FC……… 1 Żejtun Corinthians FC…..1 Żejtun Corinthians ħadu t-tieni punt fil-Kampjonat BOV Premier meta għat-tieni ġimgħa konsekuttiva spiċċaw il-logħba tagħhom fi draw. Din id-darba…

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Wara diversi riżultati interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, hemm timijiet li għadhom jissieltu għall-ewwel punti fil-klassifika, filwaqt li…

Aktar