Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Floriana jżidu l-vantaġġ fil-klassifika

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Sliema ………….1

Floriana………..2

Floriana żiedu l-vantaġġ fil-klassifika għal sitt punti meta rebħu konfront mill-iktar interessanti kontra Sliema bl-iskor ta’ 2-1.

Floriana kellhom bidu mill-aqwa hekk kif marru fil-vantaġġ wara żewġ minuti logħob meta kien hemm azzjoni ta’ frikik mogħti tajjeb ferm minn Diego Venancio, id-difiża ta’ Sliema naqqset milli tikklerja sew bil-ballun jasal għand Tiago Fonseca li b’xutt fil-baxx u b’saħħtu ħasad lil Entonjo Elezaj.

Fis-7 minuta reġa’ kien Diego Venancio għal Floriana li bi frikik ieħor tipiku minn tiegħu impenja sew lil Elezaj.

Fil-21 minuta, tentattiv taż-żagħżugħ Jan Busuttil għal Floriana spiċċa kemm kemm barra mil-lasti Slimiżi.

Fis-27 minuta reġa’ kien Busuttil li baqa’ jinsisti, ħa l-ballun fil-kaxxa iżda kien Elezaj li għalaqlu t-triq.

Minuta wara kien id-difensur Slimiż Goran Adamovic li salva fuq il-linja daqqa ta’ ras ta’ Fonseca.

Fil-35 minuta, Sliema pprotestaw għall-penalty meta Edmond Agius deher jiġi mwaqqa’ minn Matias Garcia iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 1-0 favur Floriana.

Bdiet it-tieni taqsima u pront Sliema ġabu l-iskor indaqs. Kien kontrattakk ferm veloċi mibdi minn Kurt Shaw mal-linja leminija u kkrossja fil-baxx lejn John Mintoff li quddiem il-lasta skorja l-gowl tad-dro.

Fl-64 minuta kellna kross ta’ Jan Busuttil u daqqa ta’ ras ta’ Fonseca bil-ballun jispiċċa barra.

Floriana jerġgħu jmorru fil-vantaġġ fid-69 minuta meta kien Jan Busuttil li rċieva mingħand Kristian Keqi li b’ħila liema bħalha tefa’ l-ballun fir-rokna fejn Elezaj ma seta’ jilħaq qatt.

Fis-86 minuta kien hemm kross ta’ Juri Cisotti u daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw tispiċċa barra.

Minkejja kollox, Sliema ma rnexxielhomx jinfdu d-difiża ferm organizzata ta’ Floriana sabiex b’hekk ħadu tliet punti prezzjużi li bihom żiedu vantaġġ tajjeb ta’ sitt punti fil-klassifika.

Sliema: Elezaj, Shaw, Mintoff, Zappa, Cisotti, Barone, Xuereb, Agius, Pani, Adamovic,

Farrugia.

Floriana: Akpan, Beye, Ruiz, Venancio, Keqi, Paiber, Pisani, Garcia, Cini, Busuttil, Fonseca,

BOV Plejer tal-Logħba kien Jan Busuttil ta’ Floriana

Referi: Philip Farrugia

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier ħabbar li plejer minn tal-ewwel skwadra tagħhom ittestja pożittiv għall-COVID-19. Dan hu l-aħħar każ ta’ coronavirus wara li l-ġimgħa l-oħra, Balzan ħabbru li kellhom tliet plejers…

Futbol lokali

Il-Kampjonat BOV Premier se jkun qed jibda kif skedat, fil-11 ta’ Settembru li ġej, iżda b’bibien magħluqa, ħlief għall-plejers u l-istaff tekniku, l-uffiċjali tal-klabbs u l-ġurnalisti. Dan ħabbru dalgħodu Bjorn…

Futbol lokali

Illum il-Club tal-Football ta’ Balzan ikkonferma li żewġ plejers oħra minn tagħhom irriżultaw pożitivi għal COVOD-19. Il-Club jumejn ilu kien ikkonferma li kellu l-ewwel plejer li rriżulta pożittiv wara test…

Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Aktar