Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Għada jintlagħab id-decider bejn Valletta u Hibernians fl-16:30

Għada tintlagħab il-logħba tant mistennija bejn Valletta u Hibernians, id-decider li jiddeċiedi fejn ser imur il-kampjonat 2018/19.

Din il-logħba ser tintlagħab wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Valletta kienu miżmuma mill-Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 1-1, filwaqt li Hibernians għelbu lil Balzan bl-iskor kbir ta’ 5-1 u allura ż-żewġ timijiet spiċċaw il-kampjonat bl-istess punti, 58.

Valletta u Hibernians matul dan l-istaġun ħadu 18-il rebħa, f’4 logħbiet spiċċaw draw, filwaqt li tilfu 4 logħbiet kull wieħed.

Għal-logħba t’għada, Valletta ser ikollhom sospiżi lil Ibrahim Raed Saleh li kien imkeċċi fil-logħba kontra l-Ispartans, kif ukoll lil Joseph Zerafa li kien involut fil-ġlied li nqala’ bejn il-players eżatt mas-suffara finali. Zerafa ġie sospiż tliet logħbiet, u allura ser ikun qiegħed jitlef il-logħba t’għada, il-kwartifinali tal-FA Trophy kontra l-istess Hibernians, u jekk il-Beltin jagħmluha għas-semifinali, jitlef dik ukoll.

Id-decider bejn Valletta u Hibernians ser jintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, bil-logħba tibda fl-16:30 u tintwera diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

‘Forward Together’…’Flimkien ’il Quddiem’, hu l-isem tal-kampanja ta’ Bjorn Vassallo, kandidat għall-elezzjoni ta’ President tal-Malta Football Association, li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju li ġej. F’konferenza ta’…

Futbol lokali

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ġie promoss għal Kategorija 2 fuq il-Panel tal-FIFA. Farrugia Cann isieħeb lir-referee lokali l-ieħor Alan Mario Sant f’din il-kategorija li tfisser li jistgħu jikkontrollaw partiti…

Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Aktar