Futbol lokali
FILMAT Kampjonat BOV Premier: Gowl tas-sostitut Darmanin jagħti rebħa lill-Ispartans fuq Birkirkara

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Birkirkara………0
Ħamrun S………1

Ħamrun għamlu d-double fuq Birkirkara meta fl-Istadium Nazzjonali huma reġgħu ħarġu rebbieħa kontra tal-wied f’dan l-istaġun meta rebħu bl-iskor ta’ 1-0. F’logħba li fl-ebda ħin ma laħqet l-aspettativa, b’ħafna logħob ‘l hemm u ‘l hawn u ftit xuttijiet lejn il-lasti, kellu jkun is-sostitut Ryan Darmanin li jagħmel id-differenza u l-gowl tiegħu ta tliet punti importanti lill-Ispartans li permezz tagħhom qabżu lill-istess Birkirkara.

Fl-erba’ logħbiet qabel dan il-konfront, Birkirkara dejjem ġabru l-punti, b’żewġ rebħiet u żewġ dros. Fl-aħħar tnejn huma rebħu lit-Tarxien Rainbows u lil St Andrews. Għall-Ispartans, l-aħħar erba’ logħbiet ma kenux daqstant sodisfaċenti għaliex minnhom tilfu tnejn, rebħu waħda u oħra ġew dro u allura ġabru biss 4 punti. Fl-ewwel rawnd Ħamrun Spartans kienu għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1.

Fid-19-il minuta kellha tkun bravura ta’ Naumovski li żamm il-ballun ‘il barra meta Tulimieri ttanta xutt għal ġewwa, il-goalkeeper tajjar momentarjament, imbagħad Calil tefa’ l-ballun max-xibka minn barra.

Mal-61 minuta Ħamrun reġgħu resqu viċin meta Calil reġa’ prova xutt ieħor lejn il-lasta iżda li għadda ftit barra minn mal-wieqfa. Ċans tad-deheb moħli għall-Ħamrun meta fid-79 minuta Domoraud avvanza, qassam lejn Darmanin li waqqa’ l-ballun lil Calil li l-konklużjoni tiegħu kienet totalment żbaljata. Imma fil-81 minuta s-sostitut Ryan Darmanin li kienu ilu biss 3 minuti fil-grawnd skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Wara li riċeva l-ballun mingħand Criaco, Darmanin minn qagħda angolata spara fix-xibka biex fetaħ l-iskor għall-Ispartans. Mar-raba’ minuta fuq il-ħin regolamentari Terence Agius ta’ Birkirkara spiċċa mkeċċi b’karta ħamra diretta meta deher jagħti daqqa ta’ minkeb lill-plejer avversarju u wara li l-assistent referee Jurgen Spiteri ġibed l-attenzjoni tar-referee, il-plejer kellu jmur fid-dressing room qabel sħabu.

Riżultat finali: Birkirkara 0 Ħamrun S. 1
Referee: Malcolm Spiteri.
BOV Player tal-Logħba: Marco Criaco (Ħamrun S.)

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MAFA – Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni 2019/2020 Senglea Gunners bdew l-istaġun 2019/2020 tal-MAFA b’mod eċċezzjonali meta kontra kull mistenni għelbu liċ-champions Versity AFC bl-iskor ta’ 3-1. Anke t-tim promoss ta’ Balzan…

Futbol lokali

Claudio Marchisio, l-ex plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, jinsab f’Malta fuq stedina tal-Juventus Club Cuore Bianconero. U filwaqt li jinsab hawn biex jiltaqa’ mal-Juventini Maltin, ma naqasx milli…

Futbol lokali

Diego Venancio ta’ Floriana FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Settembru 2019. L-Attakkant Brażiljan ta’ 26 sena ngħaqad ma’ Floriana minn Senglea Athletic u huwa kontributur ewlieni għall-ambizzjonijiet ta’ Floriana…

Futbol lokali

L-eks plejer ta’ Juventus Claudio Marchisio wasal f’Malta u beda b’sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u li għandhom ilaqqgħuh ma’ mijiet ta’ Juventini Maltin. Waqt konferenza…

Aktar