Futbol lokali
FILMAT – Kampjonat BOV Premier: Gowl u punt kull wieħed għal Sirens u Gudja

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sirens……..1

Gudja ……..1

Draw bejn Gudja u Sirens liema punt ra lit-team ta’ Gudja jitla’ jokkupa l-ħdax il-post flimkien ma’ Sliema.

Min-naħa tagħhom Sirens telgħu jokkupaw momentanjament it-tieni post tal klassifika.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota rat lil Sirens imorru fil-vantaġġ meta pass ta’ Wellinghton lejn Memezes bix-xutt min barra l-kaxxa jara lil Jonathan Debono jipprova jsalva bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Fit-42 minuta, Gudja viċin li jiksbu l-goal tad-draw meta cross ta’ Winchester lejn Mensah b’dan tal-aħħar jiġi antiċipat qabel ikkonkluda.

Fl-44 minuta Gudja jiksbu l-goal tad-draw meta freekick ta’ Aidan Jake Friggier u bir-ras mill-viċin Bolanos jitfa’ fix-xibka wara David Cassar.

Fit-53 minuta cross ta’ Mensah lejn Aiden Jack Friggieri bix-xutt tiegħu jiġi salvat mingħajr diffikultà.

Fis-56 minuta għal darba oħra Gudja meta xutt min barra l-kaxxa ta’ Hubert Vella ballun jispiċċa barra.

Fis-65 minuta azzjoni oħra għal Gudja meta pass ta’ James Brincat lejn Mensah li waħdu quddiem Cassar ra x xutt tiegħu jiġi salvat.

Player ta Loghba: Emmanuel Okoye (Sirens)

Ref: Lars Albert ( Germania)

Sirens: David Cassar, Wellinghton de Oliviera, Raphael Dos Anjos, Emmanuel Okoye, Eddin Siraj Arab, Luke Sciberras, Lucas Romario Memezes, Adrian Borg, Ige Adeshina Abdullahi, Romeo Romao Pericles, Thiago Espindola.

Gudja: Jonathan Debono, Jonathan Bondin, Zachary Cassar, Aidan jake Friggieri, Renold Winchester, Gabriel Mensah, Anderson De Barros, Miguel Jimenez, Hubert Vella, Andres Juan Bolanos, Ricardo Allan Miranda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Santa Lucija…0 Balzan…………3 Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt…

Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020 Birkirkara………….2 Sirens……………….0 Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0. Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn…

Futbol lokali

Il-President ta’ Hibernians FC, Tony Bezzina, illum ingħata l-Midalja ta’ Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Georga Vella. Il-Midalja ngħatat f’ċerimonja li saret fil-Belt Valletta. Il-President ta’ Malta ta…

Futbol lokali

Bejn illum u nhar il-Ħadd tintlagħab it-13-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier u jiġi fi tmiemu l-ewwel round ta’ dan l-istaġun. Floriana għandhom test delikat kontra l-Wanderers il-Ħadd biex jippruvaw iżommu…

Aktar