Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gudja jegħlbu lil Sliema b’wirja solida oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Sliema Wanderers….1

Gudja United…………2

Sliema W.tilfu ċans li imorru fl-ewwel post wara telfa ta’ 2-1 kontra Gudja Utd.

Wara 8 minuti logħob azzjoni personali ta’ Augusto Caseres ta’ Gudja, li baqa javvanza lejn il-lasta slimiża, pero xutt finali tiegħu ġie imblokkat minn Galea.Fit 18 il-minuta azzjoni oħra ta’ Gudja meta Dale Camilleri kompla lejn Aidan Friggieri pero dan minn taħt Galea ixxuttja għoli.Fil 25 minuti xutt ċentrali min barra l’kaxxa ta’ Yuri Messias u Galea dawwar f’korner.Fit 38 minuta Sliema marru fil-vantagg, xutt b’saħħtu ta’Danny Holla jaħbat mal-lasta ta’ Zammit, daħal fuq il-ballun Jean Paul Farrugia li mil-viċin tefa l’ballun ġewwa.Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Gudja kisbu il-gowl ta’ dro meta Augusto Caseres twaqqa fil-kaxxa minn difensur Slimiż, u mil-penalty Yuri Messias għeleb lil Jake Galea.

Wara 5 minuti mil-ftuh ta’ tieni taqsima Gudja kellhom cans kbir li iżidu l’skor, iżda Yuri Messias waħdu quddiem Galea ixxutja barra, pero ftit wara it-tim ta’Jesmond Zammit mar fil-vantagg meta xutt b’saħħtu ta’ Aidan Friggieri kien ikklerjat minn wara linja mid-difensuri slimiżi.

Lejn tmiem il-partita Sliema żiedu l’pressjoni tagħhom fuq id-difiża tal-Gudja pero riżultat finali baqa dak ta’ Gudja Utd 2 Sliema 1.

Referee : Darryl  Agius.

BOV pleyer tal-partita : Yuri Messias ( Gudja Utd ).

Sliema Wds.

J.Galea, J.Mintoff ( D.Vukovic), M.Scerri, R.G.Da Silva (D.Holla), J.Cisotti, R.Kisil (E.Agius), G.Aquilina ( R.Kakinuma), B.O.Linton, J.P.Farrugia, A.C.Da Rocha ( K.Shaw), M.Beerman.

Gudja Utd.

G.Zammit, Y.DJ.Messias, A.J.Friggieri ( T.Guzman), L.Cremona, G.Mensah, B.I.Gonzalez, N.A.Micallef, A.Caseres (J.Brincat), G.Adamovic ( J.Farrugia), J.A.Bolanos, D.Camilleri.

Miktub minn...
TVM Sport