Futbol lokali
FILMAT: Gudja United jegħlbu lil Tarxien Rainbows fil-ħin miżjud

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Gudja……………3

Tarxien………..2

Gudja United idawru telfa f’rebħa f’konfront fejn għal ħafna mill-ħin lagħbu bi plejers inqas kontra Tarxien. Partita fejn  Tarxien Rainbows setaw ġabru l-ewwel punti tagħhom madankollu baqgħu bl-ebda punt fil-klassifika. Gudja li kienu ġejjin minn rebħa kontra B’kara.

Gudja United fetħu l-iscore wara 22 sekonda żball ta’ Daniel Zerafa japprofitta il-plejer ta’ Gudja Rundell Winchester xutt fil-baxx li għeleb lil Rudy Briffa;

Tarxien iġibu l-gowl ta’ draw fl-25 minuta meta kien hemm freekick għal Tarxien, ballun li ġie mdawwar f’corner biex umbgħad minn l-istess corner kien Aleksa Andrejic li xutt dirett fir-rokna tax-xibka;

Fl-erbġħa u tletin minuta rajna xutt mid-distanza ta’ Mensah għal Gudja li ġie mitluf biex minuta biss wara xutt ieħor b’saħħtu ta’ De Barros ballun li mar barra.

Fil-wieħed u ħamsin minuta Tarxien marru fil-vantaġġ minn azzjoni personali ta’ Aleksa Andrejic li avvanza fuq ix-xellug xutt tiegħu perfett fir-rokna tax-xibka.

Fit-tlieta u sittin minuta kellna xutt ta’ Tarxien mis-sostitut Tenorio li ġie mxellef mid-difiza għal-corner u wara l-corner rajna l-foul ta’ Miguel Attard fuq Aleksa Andrejic li hawnhekk Attard ġie muri it-tieni karta safra tiegħu mir-referee Etienne Mangion biex Gudja United spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejer

Ħamsa u sebgħin minuta Cross ta’ Santana Gudja ġabu l-gowl ta’ draw permezz ta’ own gowl ta’ Daniel Zerafa daqqa ta’ ras wara tentattiv li jipprova jikklerja il-ballun il-fuq pero minflok tefa wara sieħbu stess.

Wieħed u disgħin minuta Gudja approfittaw bi plejers inqas u reġgħu marru fil-vantagg xutt minn viċin il-lasti ta Rudy Briffa permezz ta’ Miguel Jimenez

Referee tal-partita: Etienne Mangion

BOV Player tal-Logħba: Aleksa Andrejic Plejer ta’ Tarxien R

Formazzjoni

Gudja United: Jonathan Debono, Zachary Cassar, Miguel Attard, Aidan Friggieri, Rundell Winchester, Gabriel Mensah, Anderson De Barros, Miguel Jimenez, Hubert Vella, Llywelyn Cremona (57’ Carlos Santana), Juan Andres Bolanos

Tarxien R: Rudy Briffa, Thomas Veronese, Brandon Muscat, Torres Murillo (45’ Miguel Ciantar), Aleksa Andrejic, Gary Camilleri, Stiv Shaba (86’Ayrton Azzopardi), Marko Stanojevic, Nevin Portelli (50’ Viveros Tenorio), Petar Kanzurov, Daniel Zerafa

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier 2019/20 Gudja….0 Balzan…2 Balzan jitilgħu jokkupaw is-7 post tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jirbħu lit-team ta’ Gudja. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-6 minuti logħob meta pass ta’ Winchester…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta……..2 Ħamrun S…1 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, Mosta għelbu lil Ħamrun Spartans 2-1, biex b’hekk ħadu rebħa wara żewġ telfiet konsekuttivi. Għal Ciaramella din kienet…

Aktar