Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gżira jaċċertaw mit-tielet post b’rebħa fuq Floriana

Gżira UTD…….1

Floriana……….0

Gżira United kisbu t-13-il rebħa staġjonali u fl-istess ħin saħħew it-tielet post tal-klassifika meta għelbu lil Floriana bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Gżira marru fil-vantaġġ wara 22 minuta meta kien Sacha Borg li avvanza mal-linja xellugija u kkrossja tajjeb għan-nofs bid-difensur Furjaniż Emerson Marcelina li jmiss il-ballun u jitfa’ fil-lasta tiegħu stess għal awtogowl klassiku.

Man-nofs siegħa logħob jerġgħu jkunu Gżira li jheddu l-lasti Furjaniżi meta wara kross ta’ Briffa kien Mengolo li b’xutt mill-ewwel xeħet kemm kemm għoli.

Fit-32 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Brandon Paiber għadda ftit għoli mil-lasti ta’ Haber.

Fuq in-naħa l-oħra kien il-gowlkiper Furjaniż Ini Akpan li salva b’mod verament tajjeb xutt bomba ta’ Haruna Garba.

Fl-40 minuta xutt b’saħħtu ta’ Mengolo għal Gżira jsib l-oppożizzjoni ta’ Ini Akpan.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq bi Gżira 1-0 minn fuq.

Floriana ħolqu l-ewwel okkażjoni sekondi wara li bdiet it-tieni taqsima meta xutt ta’ Kristian Keqi marlu barra.

Fil-75 minuta frikik ta’ Arthur Oyama kien wisq dgħajjef u Justin Haber laqa’ bla problemi ta’ xejn.

Fid-79 minuta wara kontrattakk veloċi kien Terence Vella li ħarab tajjeb u b’xutt minn tarf il-kaxxa ra l-ballun jmur ċentimetri barra mil-lasti ta’ Haber.

L-aħħar minuti kienu kollha ta’ marka Furjaniża li ħolqu pressjoni lejn il-lasti ta’ Justin Haber iżda d-difensuri Gżirjani minn hawn u minn hemm rnexxielhom jbiegħdu kull periklu possibbli.

Riżultat Finali: Gżira United 1 Floriana 0

BOV Plejer tal-Logħba kien Roderick Briffa ta’ Gżira United

Referì kien Trustin Farrugia Cann

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ftit sigħat qabel l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, it-tmien kowċis tal-erba’ partiti kruċjali li se jiddeterminaw min jirbaħ it-titlu, min jispiċċa fir-raba’ post u min jiġi relegat, tkellmu u…

Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Aktar