Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gżira jibqgħu fl-ewwel post, jirbħu anki jekk tkeċċa Cohen wara 4 minuti logħob

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Senglea A …………..0

Gżira U ………………1

Gżira baqgħu bla telfa filwaqt li żammew il-quċċata tal-klassifika meta b’10 min-nies għal kważi logħba sħiħa għelbu lil Senglea bl-iskor ta’ 1-0.

Iż-żewġ timijiet setgħu jinkludu l-aqwa formazzjoni possibbli għal din il-partita.

Gżira ma tantx bdew bl-aħjar mod din il-partita minħabba li wara biss erba’ minuti l-midfielder offensiv Andrew Cohen tkeċċa wara ritaljazzjoni mad-difensur Ferdinando Salvati.

Fit-8 minuta kellna okkażjoni tajba ta’ Senglea meta Tcanturia għadda lejn Caseres li ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli.

Fl-44 minuta xutt ta’ Amadou Samb sab lil Matthew Farrugia attent hekk kif laqa’ l-ballun f’korner.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq fi dro ta’ 0-0.

Senglea ħarġu tajjeb u fis-47 minuta minn azzjoni ta’ korner, kien Imanol Gonzalez li bir-ras impenja lil Haber.

Minkejja kollox kienu Gżira li marru fil-vantaġġ proprju fil-50 minuta  meta kien Amadou Samb li rċieva l-ballun u b’azzjoni personali daħal fil-kaxxa u filwaqt li rranġa l-ballun b’xutt bomba għeleb lil Matthew Farrugia.

Dan kien is-sitt gowl li skorja Samb matul dan l-istaġun.

Reazzjoni ta’ Senglea minuta wara b’xutt ta’ Caseres li Haber laqa’ b’kumdita’ liema bħalha.

Fil-75 minuta Gżira reġgħu ttantaw xortihom meta kross ta’ Amadou Samb sab lis-sostitut Nikolai Muscat li mill-viċin tefa’ barra.

Il-Maroons baqgħu jikkontrollaw sal-aħħar biex assiguraw l-ewwel post għal ġimgħa oħra.

BOV Plejer tal-Logħba kien Amadou Samb ta’ Gżira.

Referi kien Stefan Pace.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar