Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gżira jieħdu rebħa komda oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Lija A………………....… 0

Gżira U…………………..3

Gżira kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta bl-iktar mod konvinċenti għelbu lil Lija 3-0, f’logħba mingħajr wisq storja. Gżira kienu l-ħin kollu fuq l-attakk bit-tim ta’ Lija ineżistenti fl-attakk fejn mingħajr Erjon Beu, l-goalkeeper ta’ Gżira Curmi qatt ma kien impenjat.

Nikolai Muscat, Usaga Mendoza, u Correa Duarte kienu l-iktar li spikkaw għat-tim immexxia minn Darren Abdilla.

 Gżira mill-ewwel xeħtu kollox fl-attakk u wara tmien minuti marru fil-vantaġġ b’xutt mill-ewwel fil-baxx ta’ Nikolai Muscat li spiċċa fix-xibka. Gżira baqgħu jiddominaw iżda ma kienux perikolużi u fis-36 minuta kienu Lija perikolużi bi freekick ta’ Alhinho li għadda ftit barra.

Żewġ minuti wara ġirja tajba ta’ Sacha Borg u kross lejn Samb li falla minn quddiem il-lasta.

It-tieni taqsima kient fuq l-istess andament u mas-siegħa logħob xutt ta’ Bohrer kien salvat minn Bonnici. Fit-63 minuta  Gżira rduppjaw meta minn kross ta’ Correa kien Samb li bir-ras għeleb lil Bonnici.

Fis-70  minuta Gill waqqa’ lil Muscat fil-kaxxa iżda mill-11-il metru Jefferson De Assis spara għoli. Għaxar minuti wara wasal ukoll it-tieni gowl b’xutt ta’ Samb jaħbat ma’ sieq il-lasta u mill-viċin Correa kompla għal ġewwa.

BOV Player tal-LogħbaNikolai Muscat – Gżira United

RefereeDaniel Portelli

Formazzjonijiet:

Lija A – Luke Bonnici, Carl Joseph Cassar, Leon Muscat, Daniel Scerri, Neil Micallef, Javier Brandan Fernando (Beppe Antignolo 87 min), Mc Allister Clinch, Ryan Dalli (Gianluca Zammit 62 min), Juan Cruz Gill, Goncalves Alhinho Valdo.

Gżira U –  Anthony Curmi, Gabriel Bohrer Mentz, Steve Borg (Camilo Escobar 67 min), Nikolai Muscat, Clyde Borg (Dexter Xuereb 67 min), Hamed Kone, Jackson Usaga Mendoza (Alexander Scicluna 83 min), Ricardo Correa Duarte (Nevin Portelli 83 min), Sacha Borg, Amadou Samb, Jefferson De Assis (Omar Elouni 77 min).

Miktub minn...
TVM Sport