Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gżira jirbħu u jżommu ma’ ta’ fuq

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18

GŻIRA UTD………..3

TARXIEN R…………1

Gżira Utd. irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-1 b’żewġ goals skurjati minn Amadou Samb li jerġa’ jidħol fit-tim tal- maroons wara li kien sospiż.

Wara telfa li kellhom kontra B’Kara, Gżira Utd riedu jirritornaw għar-rebħ sabiex ikomplu l-isfida taggħom ma’ Valletta u Balzan. Huma tiflu  żewġ partiti mill-aħħar 4 li lagħbu. Min naħa l-oħra Tarxien għaddejjin minn żmien negattiv, peress li tilfu 7 partiti mill-aħħar 8 li lagħbu, bl-aħħar telfa tagħhom kienet kontra Floriana bl-iskor ta’ 2-0.

Fit-tim tal-maroons irritornaw Amadou Samb u Roderick Briffa, u ddebutta David Bilbao Zarate  pero’ kienu sospiżi Zachary Scerri u Emanuel Okoye. Fit-tim tar-Rainbows irritorna Luke Grech, u ddebuta Stefan Radovanovic, pero’ kienu nieqsa Sean Cipriott u Ebiabowei Baker, it-tnejn sospiżi.

Fl-ewwel round Gżira kienu għelbu lil Tarxien bl-iskor ta’ 2-1.

Wara 4 minuti logħob, free-kick għal Gzira li ngħata minn Andrew Cohen bil-ballun jaħbat mal-lasta minduda u jispiċċa barra. Tarxien wieġbu b’xutt ta’ Ayrton Azzopardi fit 12 –il minuta li Haber salva bla diffikulta. Fl-20 minuta free-kick ieħor ta’ Andrew Cohen spiċċa ftit għoli. Fit-30 minuta kontra x-xejra tal-logħob Tarxien marru fil-vantaġġ meta Ricardo Silva Faria seraq il-ballun lid-difiża tal- maroons u b’xutt għar-rokna tax-xibqa għeleb lil Justin Haber. Fit-38 minuta wara free-kick ieħor ta’ Cohen, ix-xutt ta’ Bilbao Zarate għadda ftit barra, pero’ ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima Gżira kisbu l-goal tad- draw meta Matthew Spiteri waqqa’ lil Andrew Cohen fil kaxxa, il-penalty ngħata minn Amadou Samb li x-xutt tiegħu ma kienx salvat tajjeb minn Chetcuti bil-ballun jispiċċa ġewwa 1-1 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fl-54 minuta corner insidjuż għal Gzira li ngħata minn Juan Corbolan li għadda tul il-lasti ta’ Tarxien pero’ ma sab lil ħadd biex jikkonkludi għall ġewwa. Fit-72 minuta Gzira marru fil vantaġġ, wara azzjoni ta’ corner il-ballun spiċċa għand Amadou Samb li mill-viċin għeleb lil Chetcuti. Fit-82 minuta Tarxien spiċċaw b’10 players meta r-referee keċċa lil Antonio Mitrev wara tieni karta safra, u minn free-kick dirett, is-sostitut Nikolai Muscat għeleb lil Chetcuti.

BOV Player tal partita: Ricardo Silva Faria ( Tarxien R.) Referee: Emanuel Grech.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……4 Tarxien R….0 Floriana, b’zewġ gowls f’kull taqsima, jiksbu rebħa fundamentali għalihom, fuq it-tim ta’ Tarxien. Partita li Floriana kellhom il-kontroll għal ħafna ħin, b’Tarxien li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Senglea A……0 Birkirkara…..2 Birkirkara qabżu temporanjament waħedhom fil-ħames post tal-Kampjonat BOV Premier, b’logħba iktar minn Balzan u Ħamrun Spartans, b’rebħa meritata ta’ 2-0 fuq Senglea Athletic:…

Futsal

Goals u riżultati mill-aħħar ġurnata tal-kampjonat Malta FA Futsal League 2018/19.

Futbol lokali

IASC Staġun 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Msida Red Stars – Hamrun Liberty 0-2 Mosta Gunners – Floriana Ajax 5-0 Burmarrad AFC – Żejtun Red Stars 1-3 Klassifika: 1. Burmarrad AFC 5 …

Aktar