Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gzira U. tliet punti taħt il-leaders Floriana

BOV Premier 2019/2020

Hamrun S…….0

Gzira U………..3

Gzira U. jiksbu rebħa meritata kontra Hamrun S., rebħa ta’ 3-0, Gzira li kienu indubjament l-aħjar tim fil-partita, 3 punti li Gzira jtellawhom 3 punti biss taħt il-leaders Floriana fl-isfida tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat.

Fit-18-il minuta, u Gzira U. fil-vantaġġ, kross tajjeb mix-xellug, daqqa ta’ ras sabiħa ta’ Hamed Kone, ballun mal-mimduda u fix-xibka għal Hamrun S. 0-1 Gzira U.

Fil-35 minuta, Hamrun S. b’ċans tajjeb għad-dro, meta wara żball fid-difiża ta’ Gzira U., Ailton Jorge Soares wiċċ ‘imb wiċċ ma’ Justin Haber jarah isalvalu l-ballun tajjeb biex jevita’ l-periklu għal Gżirjani, biex minuta wara, n-naħa l-oħra save sabiħ ta’ Emmanuel Bartolo bejn il-lasti ta’ Hamrun, fuq daqqa ta’ ras tajba t’Andrew Cohen.

40 minuta u Hamed Kone għal Gżira U., ikollu free-kick mal-lemin, ballun ftit għoli mil-lasti Hamruniżi. 42 minuta u l-Gżira b’ċans kbir għat-2-0 f’kontrattakk, wara ġirja tajba ta’ Amadou Samb max-xellug, Wilfried Domoroud minn quddiem Bartolo jitfa’ biss għoli, azzjoni li segwiet protesti tal-Hamrunizi għal ‘penalty’ wara ‘handsball’ fil-kaxxa difiża minn Gzira.

Fit-tieni taqsima; 49 minuta, u Hamrun S. jolqtu l-mimduda minn free-kick tajjeb ħafna minn barra l-kaxxa ta’ Clayton Failla, Gzira jeħilsuha ħafif ħafif. Minuta wara, Gżira U. jirrispondu b’xutt ta’ Wilfried Domoroud minn ġol-kaxxa mil-lemin, isalva f’korner Emmanuel Bartolo.

Fil-57 minuta, Amadou Samb kien għoddu għamilhom 2 għall-United mix-xellug wara li anke qabeż lil Manuel Bartolo, pero’ iż-żagħżugħ Hamruniż Darren Borg in-extremis, isalva l-ballun milli jidħol fix-xibka, biex 4 minuti wara, ż-żagħżugħ l-ieħor ta’ Gzira United, Nikolai Muscat ikollu daqqa ta’ ras li tmur barra mil-lasti ta’ Hamrun wara kross mix-xellug.

68 minuta, u Hamrun S. 0-2 Gzira U., jiskorja s-sostitut l-ex-Luxol Martin Davis b’xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa mil-lemin, wara li jgħaddilu tajjeb Kone.

82 minuta, u Gzira jiskurjaw ieħor, kross ta’ Hamed Kone mix-xellug, daqqa ta’ ras tal-eks tal-partita Wilfried Domoroud, ballun fix-xibka minkejja t-tentattivi ddisprati tad-difensuri ta’ Hamrun S. biex il-ballun ma jaqbiżx il-linja fatali.

Fil-ħin miżjud, is-sostitut Luca Brincat għal Gzira kellu x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa wara li jirċievi mil-lemin, ballun salvat parzjalment minn Bartolo biex Hamrun jevitaw il-periklu.

Riżultat finali-Hamrun S. 0-3 Gzira U.

BOV Plejer tal-Partita-Hamed Kone (Gzira U.)

Referee-Malcolm Spiteri

Line-ups-

Hamrun S.-E.Bartolo (C), A.Capitelli, A.Scicluna, A.J Soares, C.Failla, M.R Gauci, N.Leone, C.Cutajar, D.Borg, K.Micallef, M.Cinquini

Gzira U.-J.Haber, G.Conti, N.Muscat, Z.Scerri, R.Soares, A.Cohen (C), J.C Corbolan, H.Kone, S.Borg, A.Samb, W.Domoraud

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

The Malta F.A Trophy ir-4 Rawnd  Valletta……..4  Sirens……….1 Valletta jaqtgħu passaġġ għall-kwarti finali ta’ The Malta FA Trophy, meta b’ċertu kumdita jegħlbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1 u jistennew issa…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun SP……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Futbol lokali

Żewġ gowls lejn it-tmiem kienu biżżejjed sabiex il-liders tat-tieni diviżjoni San Ġiljan Saints jaħsdu lil Valletta St Pauls u jeliminawhom mill-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out. It-tim minn San Ġiljan ingħaqad ma’ Versity…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Aktar