Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Gżira United jiksbu t-tieni rebħa fil-kampjonat

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Sliema…..0

Gżira……..2

Gżira kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat meta ma sabux xi diffikultajiet partikolari sabiex jegħlbu lill-ġirien Sliema bl-iskor ta’ 2-0. Għal Sliema din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat wara żewġ rebħiet konsekuttivi.

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel okkażjoni tal-logħba fil-25 minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Temile sab lil Justin Haber attent.

Żewġ minuti wara kien Gżira United li fetħu l-iskor meta kien hemm kross mix-xellug ta’ Amadou Samb u kien Stefano Bianchiardi illi xellef il-ballun għal ġewwa.

Fit-42 minuta kellna reazzjoni ta’ Sliema meta xutt ma’ Mattias Muchardi spiċċa għoli.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq bi Sliema 1-0 minn fuq.

Eżatt kif il-plejers kienu deħlin fid-dressing rooms, tkeċċa l-midfielder Slimiż Ryan Fenech wara kummenti lill-uffiċjali tal-logħba.

Fl-54 minuta Sliema ngħataw penalty meta d-difensur ta’ Gżira Rodolfo Soares waqqa’ fil-kaxxa lill-attakkant Jefferson de Assis. Ir-referi Malcolm Spiteri pront ipponta lejn iċ-ċirku tal-penalty. Inkariga ruħu Mattias Mucciardi li ra lill-gowlkiper Justin Haber jinxteħet fuq in-naħa xellugija tiegħu sabiex laqa’ b’mod verament tajjeb.

Sliema pattew qares għal dan in-nuqqas meta dabbru t-tieni wieħed. Kienet azzjoni veloċi ta’ kontrattakk, ballun għand Amadou Samb li bil-ballun ma’ saqajh mill-viċin għeleb lil Jake Galea.

B’10 min-nies, Sliema sabuha diffiċli jippenetraw id-difiża soda Gżirjana sabiex kellhom ibaxxu rashom għall-ewwel darba f’dan l-istaġun.

Skor finali: Sliema 0 Gzira United 2

BOV Plejer tal-logħba kien Amadou Samb ta’ Gżira.

Referi kien Malcolm Spiteri

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Futbol lokali

Mario Muscat, l-ex gowlkiper nazzjonali ta’ Malta u ta’ Hibernians FC, mil-lum sar kowċ ta’ Senglea Athletic FC. Kif żvela TVM Sport fis-sigħat li għaddew, Muscat inħall mill-kuntratt li kellu…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Winston Muscat, se jmur ‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija. Waqt dan it-‘training camp’, it-tim se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija….

Aktar