Futbol lokali
FILMAT: Gżira Utd jiddominaw u jiskurjaw ħamsa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

TARXIEN RAINBOWS…….…..0

GŻIRA UTD…………………………5

Gżira Utd kienu qed jilagħbu għall-ħames rebħa konsekuttiva, bl-aħħar waħda tkun fuq Gudja Utd bl-skor ta’ 6-1.

Għal din il-partita il-Maroons kienu mingħajr Gianmarco Conti u Jefferson De Assis. Min-naħa l-oħra ir-Rainbows kienu qed ifittxu l-ewwel rebħa tal-istaġun, bl-aħħar telfa tagħhom tkun kontra Valletta bl-skor ta’ 3-1.

Wara 8 minuti logħob free-kick insidjuż li ngħata minn Hamed Kone ġie imdawwar f’korner b’diffikultà minn Rudy Briffa. Ftit wara xutt dirett ta’ Thomas Veronese, salva bla problemi Justin Haber. Fit-13-il minuta xutt fil-baxx ta’ Kone, salva Briffa, però tliet minuti wara il-Maroons marru fil vantaġġ, meta Kone għadda l-ballun lil Martin Davis u dan b’xutt b’saħħtu għar-rokna tax-xibqa għeleb lil Briffa.

Fil 21 minuta ċans għal Gżira li jżidu l-iskor imma xutt mid-distanza ta’ Zachary Scerri ħabat  mal-lasta tar-Rainbows. Fis-27 minuta żball fid-difiża ta’ Tarxien u daqqa ta’ras ta’ Amadou Samb tiġi imtajjra b’diffikultà minn Briffa.

Fit 32 minuta Taxien laqtu lasta permezz ta’ Aleksa Andrejic, u mill-kontraattakk ta’ wara Gżira għamlu l-skor 2-0 meta Andrew Cohen mill-viċin ikkonkluda għal ġewwa.

Fil-bidu ta’ tieni taqsima Gżira komplew iżidu l-skor għal 3-0, il-kross ta’ Arthur Oyama mix-xellug daħal Amadou Samb li minn taħt il-lasta avversarja kompla għal ġewwa.

Fis-60 minuta ġmiel ta’ gowl ta’ Hamed Kone li f’azzjoni personali qabeż erba’ plejers ta’ Tarxien qabel ma tefa’  l-ballun fir-rokna tax-xibka, għal skor ta’ 4-0. Ħames minuti wara l-skor sar 5-0, meta Marco Botta waqqa’ lil Cohen fil-kaxxa u mill-penalty Amadou Samb tefa’ lill-goalkeeper Briffa in-naħa opposta.

Fit-73 minuta Gzira reġgħu laqtu l-lasta tar-Rainbows b’xutt mill-viċin ta’ Amadou Samb.

Lejn l-aħħar ħinijiet tal-partita Tarxien għamlu xi attakki iżolati li ġew salvati mill-goalkeeper sostitut, il-Ġappuniż Ryoto Yokokawa.

 Referee : Andrea Sciriha.

BOV Plejer tal- partita –Amadou Samb ( Gzira Utd ).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Kumitat tal-Club tal-Football ta’ Qrendi illum għamilha ċara u ċaħad xnigħat li qed jidhru fil-midja soċjali, li  mhuwiex minnu li ma riedx ikun promoss fil-Kampjonat Premier. Fi stqarraija l-Club qal…

Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Aktar