Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Ħamrun jieħdu tliet punti f’logħba kwieta

KAMPJONAT BOV PREMIER  2019/20

Ħamrun Spartans……….1

Senglea Athletic………….0

Gowl ta’ Soufiane Lagzir kien biżżejjed sabiex Ħamrun Spartans jegħlbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0 sabiex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva.

Wara 6 minuti logħob , free-kick għal Senglea li ngħata minn Nicolas Virano bil-ballun jgħaddi ftit barra.

Tliet minuti wara free-kick għal Ħamrun fejn Failla kompla lejn Flores dan lil Jorge Soares li minn taħt il-lasta ixxuttja għoli u żewġ minuti wara xutt b’saħħtu mid-distanza tal-istess plejer spiċċa ftit għoli.Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima azzjoni personali ta’ Junior Cabral li pprova jdur ma’ Bartolo il-ballun ġie għand Virano pero it-tentattiv tiegħu ġie imblukkat mid-difiża Ħamruniża.

Wara ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Senglea kienu viċin li jiftħu l-iskor. Kien kross ta’Ricardo Theodoro u daqqa ta’ ras ta’ Junior Cabral taħbat mal-lasta Ħamruniża bil-goalkeeper Bartolo megħlub.

Fis-65 minuta xutt mil-lemin ta’ Siraj Arab spiċċa barra.

Fil-71 minuta, xutt fil- baxx ta’ Ricardo Theodoro pero l-goalkeeper Bartolo salva bla diffikulta.

Fit-83 minuta Ħamrun marru fil vantaġġ meta xutt ta’ Failla ġie mblukkat il-ballun ġie għand is-sostitut Lagzir Soufiane  li b’xutt minn taħt Farrugia ma falliex u tliet minuti wara xutt b’saħħtu ta’ Jorge Soares jaħbat mal-lasta Sengleana.

 Riżultat finali : Ħamrun Sp. 1 v Senglea At. 0.

Referee : Emanuel Grech

BOV Plejer tal – partita. :Ricardo Theodoro De Almeida ( Senglea A).

Ħamrun: E.Bartolo, C.Borg, A.J.Soares, C.Failla, M.R.Gauci, N.Leone, V.G. Alhinho, K.Micallef, C.Flores, M.Cinquini, P.Branicki.

Senglea: M.Farrugia, C.Zammit, S.Olberkis, D.Debono, S.Arab, G.N.Virano, J.W.Teixeira, N.Braunovic, J.Cabrai, J.M.Micallef, A.R.De Theodoro.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda seba’ klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Aktar