Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hamrun jirkupraw gowl minn taħt u jieħdu l-ewwel rebħa tal-istaġun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

MOSTA FC……….1

ĦAMRUN SP..…..2

Ic-champions Ħamrun Spartans kisbu l-ewwel rebħa tagħhom dan l-istagun meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-1.

Wara 12-il minuta logħob, doċċa kiesħa għal Ħamrun meta Karl Micallef qassam lura lejn Henry Bonello, bil-goalkeeper Ħamruniż li deher maħsud u l-ballun spiċċa fix-xibka.

Iżda minuta biss wara l-Ispartans kisbu d-dro b’xutt minn tarf il-kaxxa tal-akkwist il-ġdid Luke Gambin li għeleb għall kollox lil Jovicic.

Fil-31 minuta kross ta’ Soares qajjem paniku fid-difiża Mostija bix-xutt finali ta’ Gambin jiġi mblukatt minn Jovicic.

Minuta wara Mosta wieġbu b’xutt ta’ Roderick Briffa li Bonello dawwar f’korner.

Wara tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Ħamrun kellhom ċans tajjeb li jmorru fil-vantaġġ meta Jorge Soares baqa’ javvanza waħdu iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Jovicic.

Fit-58 minuta, ħarba mal-linja ta’ Sasere li kompla lejn Gambin bix-xutt ta’ dan jispiċċa ftit barra.

Fit-63 minuta, Ħamrun marru fil-vantagg, meta Ekani deher iwaqqa’ lil Soares fil-kaxxa u mill-penalty, il-player ħamruniz għeleb lil Jovicic.

Tliet minuti wara, Mosta fuq l-attakk, ‘il pass ta’ Nsumoh lil Ememe li xxuttja fil-baxx u Bonello salva tajjeb.

Fil 81 minuta, xutt fil-baxx ta’ Jorge Soares jgħaddi ftit barra.

Mosta FC .

M.Jovicic, R.Briffa, C.Ememe, C.Failla, J.Nsomoh ( W.Donkin 76’), S.Akinbule, T.Farrugia, I.Doric, M.Hetemaj ( L.Igbineweka 79’), Z.Brincat ( M.Mifsud 59’), J.R.Ekani.

Ħamrun Spartans.

H.Bonello, D.Gojkavic, J.Mbong, J.Soares ( A.Oyama 88’), F.Sasere, I.T.Ntow, L.Gambin, J.C.Corbalan, K.Micallef ( L.Soufiane 69’), C.Dielna, E.Marcellina.

Referee : Ishmael Barbara.

BOV Player tal partita : Luke Gambin ( Ħamrun Spartans )

Miktub minn...
TVM Sport