Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hamrun Spartans iżommu l-ewwel post b’rebħa fl-aħħar minuti kontra Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Hamrun Spartans……..3

Balzan………………………2

Fl-aħħar partita ta’ din il-ġimgħa, Ħamrun għelbu lil Balzan u b’hekk jibqgħu jokkupaw l-ewwel pożizzjoni tal-klassifika

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mingħand it-tim ta’ Ħamrun fir-4 minuta, liema azzjoni wasslet għall-ftuħ tal-iskor b’Karl Micallef jikkrossja u Franklin Sasere jitfa’ fix-xibka b’daqqa ta’ ras.

Fit-12 ‘il minuta jkun Ljubomirac ta’ Balzan li jara lil Bartolo barra bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-minduda.

Fl-24 minuta jkun Mbong b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa jegħleb lil Vranes u jagħmilhom tnejn b’xejn. Fl-44 minuta ikun Soares li jiprova b’Vranes jagħlaq tajjeb.

3 minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan innaqqsu l-iskor b’xutt imdawwar ta’ Andrejic, minn tliet kwarti ta’ grawnd, jegħleb għal kollox lil Bartolo.

Fis-56 minuta jerġa’ jkun Adrejic li jiprova bil-ballun jgħaddi ftit ogħli. Freekick ta’ Ħamrun fid-69 minuta mogħti minn Soares jaħbat mal-lasta.

Pero’ jkunu Balzan b’ħarba ta’ Effiong fis-76 minuta li jitfa’ fix-xibka u jagħmilhom tnejn bi tnejn.

Fl-84 minuta Ħamrun jerġgħu imorru fil-vantaġġ b’xutt fil-baxx ta Doumbia jegħleb lil Vranes.

FORMAZZJONIJIET

Ħamrun: Bartolo Emmanuel, Gojkovic Darko, Guillaumier Matthew, Mbong Joseph, Soares Ailton Jorge, Sasere Franklin (I. Adeshina 87’), Serrano Valero Elkin, Corbolan Juan Carlos, Dordevic Predrag, Micallef Karl, Marcellina Emerson (D. Seydou 56’)

Balzan: Vranes Vukasin, Loof Augestine, Grima Marcus (K. Moussa 75’) , Arab Samir, Fenech Paul, Bezzina Steven (A. Effiong 70’), Johnson Michael David, Ljubomirac Uros, Dimic Stefan, Sanoh Moussa, Andrejic Aleksa

Referi: Emanuel Grech

BOV Plejer tal-Logħba: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans)

Miktub minn...
TVM Sport