Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hamrun Spartans jikkonvinċu u jegħlbu lil Gudja United

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Gudja Utd….1 

Ħamrun Spartans….3

Ħamrun Spartans ħadu ftit tan-nifs wara rebħa meritata fuq Gudja Utd.

Ħamrun ħargu fuq l-attakk mill-bidu tal-partita, iżda fil-11-il minuta, kontrattakk ta’ Gudja, il-ħarba ta’ Gabriel Mensah u xutt fuq il-ġirja ta’ Temitope Abdul spiċċa barra.

Fis-26 minuta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Arthur Oyama għadda ftit barra mil-lasti ta’ Zammit.

Tliet minuti wara, żball fid-difiża Ħamruniża, jieħu l-ballun Gabriel Mensah li baqa’ javvanza, iżda x-xutt finali tiegħu gie mdawwar f’korner mill-goalkeeper Sanchez.

Fl-34 minuta, pass fit-tul ta’ Joseph Mbong lejn Luke Gambin li baqa’ javvanza lejn il-lasti ta’ Gudja iżda fil-pront ħareġ Zammit u mblokka.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-Ispartans fetħu l-skor meta Oyama kompla lejn Faissal El Bakhtaoui u dan b’xutt b’saħħtu għeleb għal kollox lil Zammit.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Gudja ħargu aħjar u wara tliet minuti Mensah kompla lejn Abdul Temitope pero mill-viċin ix-xutt ġie mblukkat f’korner mid-difiża Ħamruniża.

Fis-56 minuta Guillaumier kompla lejn Joseph Mbong iżda xutt ta’ dan spiċċa ftit għoli.

Fis-62 minuta Ħamrun iżidu l-skor meta Rodolfo Soares waqqa’ lil El Bakhtaoui fil-kaxxa u mill-penalty Arthur Oyama b’xutt fil-baxx għeleb lil Zammit.

Fid-79 minuta Ħamrun komplew iżidu l-iskor meta xutt fil-baxx ta’ El Bakhtaoui li ġie imdawwar fix-xibka minn difensur ta’ Gudja Farid Romero.

Fil-85 minuta Gudja skurjaw il-gowl ta’ konsulazzjoni meta Aidan Jake Friggieri b’xutt  angulat min tarf il-kaxxa ħasad lil Debono.

Referee : Trustin Farrugia Cann.

BOV Pleyer tal-partita :Faissal El Bakhtaoui ( Ħamrun Spartans).

Gudja Utd.

Glenn Zammit, Louis Beland, Aiden Jake Friggieri, Rodolfo Soares,Llywelyn Cremona, Gabriel Mensah ( Junior Dibola 65’), Hubert Vella, Farid Romero, Justin Grioli, Temitpoe Abdul, Marcelo Dias (Anthony Neil Micallef 69’).

Ħamrun Spartans.

Pablo Sanchez( Matthias Debono 84’), Darko Gojkovic, Matthew Guillamier, Joseph Mbong, Arthur Oyama, Luke Gambin ( Franklin Sasere71’), Juan Carlos Corbolan( Christian Mercieca 80’), Karl Micallef, Isaac Ntow, Emerson Marcellina( Sven Xerri 81’), Faissal El Bakhtaoui.

Miktub minn...
TVM Sport