Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hamrun Spartans jirbħu b’gowl fl-aħħar minuti ta’ Massimo Ganci

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hamrun Spartans…..1

St Andrews…………….0

Wara 6 minuti logħob waslet l-ewwel azzjoni tal- partita minn- naħa ta ‘St.Andrews meta xutt ta’Reid Kemar David ġie salvat ma l-art minn Bartolo.

Tlett minuti wara Ħamrun wieġbu b’daqqa ta’ras ta’Massimo Ganci li difiża tas-Saints ikklerjat.Fil 21 minuta attak ieħor Ħamruniż meta Njogo Priso kompla lejn Ganci li ixxutja ftit barra.

Fit 28 minuta kross mil-lemin ta’Karl Micallef u daqqa ta’ras ta’ Caetano Calil tghaddi ftit barra mil-lasti ta’Calleja Cremona.Fid 38 minuta is-Saints sfaw b’10 t’players meta ir-referee Magion keċċa lil Amoy Brown wara li dan intwera it-tieni katra safra għall foul fuq  Kevin Tulimeri,ftit wara dan l-istess player Ħamruniż kellu cross-shot fil- baxx li għadda tul il-lasti avversarja…………………………………………………………….HT 0-0.

Fil 56 minuta free-kick għall Spartans li ngħata minn Nayar li Calleja Cremona dawwar f’korner.Tlett minuti wara azzjoni personali ta’Kemar Reid li dar ma’3 difensuri Ħamrunizi pero xutt finali tiegħu ġie salvat minn Bartolo.Seba minuti mit-tmiem il-partita Ħamrun skurjaw il-gowl tar-rebħa, il-free-kick ta’Nayar gie imtajjar qasir minn Calleja Cremona daħal fuq il-ballun Massimo Ganci li b’xutt b’saħħtu sammar il –ballun fix-xibqa.Fil 91 minuta xutt tas-sostitut Ryan Darmanin spiċċa gholi.

Referee: Etienne Mangion.

BOV Player tal partita : Massimo Ganci ( Ħamrun Spartans).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 TARXIEN R…………..1 SLIEMA  W…..………2 Għal din il-parita t-tim Slimiż kien taħt it-tmexxija tal-coach taljan Stefano Maccoppi li ħa post John Buttiegieg f’dawn l-aħħar granet. Tarxien ħarġu…

Futbol internazzjonali

Referee tal-kampjonat Taljan Serie A jitħallas €3,800 kull partita. Din l-informazzjoni u aktar ħarġet illum fil-gazzetta sportiva Taljana, ‘Corriere Dello Sport’. Dan ifisser li referee Malti li fil-Kampjonat BOV Premier…

Futsal

Jekk fil-ftit sigħat li fadal sal-lejla mhux se tiġi rranġata d-deċiżjoni li ħa l-Bord tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association, it-tim tal-futsal ta’ Valletta FC, mhux se jkun qed jinżel għall-partita tiegħu…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, kellu s-sospensjoni tiegħu ta’ 10 partiti tonqos għal sitta. Dan wara li l-Erbgħa filgħaxija nstema’ l-appell li ressaq il-klabb Ħamruniż kontra l-ewwel deċiżjoni…

Aktar