
KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21
Hamrun…..3
Floriana…..1
Hamrun akkwistaw 3 punti ferm importanti kontra Floriana liema rebħa rathom jitilgħu jokkupaw it-tieni post ta- klassifika Premier.
L-ewwel azzjoni tal partita tasal wara biss 4 minuti logħob liema azzjoni rat lil Floriana imorru fil-vantaġġ meta cross ta’ Arias, il-ballun devjat mid-difiza ta’ Hamrun li spiċċa għand Garcia li tefa’ fir-rokna tax-xibka.
9 minuti u Ħamrun igibu id draw meta pass ta’ Sasere lejn Mbong li kompla il-ballun lejn Soares li waħdu quddiem Akpan tefa’ fix-xibka.
30 minuta Ħamrun imorru fil vantaġġ meta pass preċiz ta’ Soares lejn Gullamier u bi precizjoni iqabbeż il-ballun min fuq Akpan għal ġo x-xibka.
40 minuta pass ta’ Gulliamier lejn Soares li baqa’ javvanza bix-xutt tiegħu jispiċċa barra.
57 minuta pass ta Guillaumier lejn Sasere li bir-ras ra il ballun jispiċċa barra.
85 freekick għal Floriana li nkariġa minnu Paiber bil-ballun jispiċċa f’corner wara li salva Bartolo.
89 Minuta Ħamrun ikomplu ikabbru il-vantaġġ meta Sasere approfitta minn żball ta’ Cini li baqa’ javvanza ballun għand Barbosa jikklerja min fuq il-linja Ruiz, ballun għand Sasere li kompla il ballun fi xibka.
Player ta Logħba: Matthew Guillamier (Hamrun)
Ref: Malcolm Spiteri
Formazzjonijiet:
Hamrun: Emanuel Bartolo, Darko Gojkovic, Matthew Gullaumier, Joseph Mbong, Jorge Soares, Franklin Sasere, Elkin Serrano, Juan Corbolan, Predrag Dordevic, Karl Micallef, Emerson Marcelina.
Floriana: Etim Ini Akpan, Enzo Ruiz, Nicola Leone, Kristian Keqi, Jose Arias, Jurgen Pisani, Nicholas Garcia, Alexander Cini, Jan Busuttil, Ryan Camenzuli, Tiago Fonseca.