X

Kampjonat BOV Premier: Hamrun Spartans – Valletta u Hibernians – Balzan, is-Sibt li ġej fl-16.00

Il-partita tant mistennija bejn Hamrun Spartans u Valletta li se tiddeċiedi fejn imur il-Kampjonat BOV Premier 2018/19 se tintlagħab is-Sibt li ġej, fl-16.00, fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali.

Fl-istess ħin, fil-Hibernians Stadium f’Kordin, Hibernians jilagħbu kontra Balzan.

Fl-istess ħin ukoll fis-Centenary Stadium tintlagħab il-partita bejn Sliema Wanderers u Pietà Hotspurs.

Dawn it-tliet partiti, minbarra li se jiddeċiedu r-rebħ tat-titlu, se jiddeċiedu min jispiċċa fir-raba’ post tal-klassifika li possibbilment ikun ifisser post fil-UEFA Europa League staġun ieħor, jekk dejjem l-FA Trophy tintrebaħ minn Valletta, Hibernians jew Gżira United.

Il-programm tal-aħħar ġurnata tal-kampjonat jibda mill-Ġimgħa.

Fl-istadium nazzjonali, fis-18.00, tintlagħab Tarxien Rainbows – Floriana. FIt-20.00 tintlagħab Qormi – Mosta.

Fil-Hibernians Stadium f’Kordin, fit-20.00, tintlagħab St Andrews – Gżira United. Fl-istess ħin fil-Victor Tedesco STadium, fil-Ħamrun, tintlagħab Birkirkara – Senglea Athletic.