Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hat-trick ta’ Degabriele jissiġilla rebħa lil Hibernians

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Mosta…………………..………..2

Hibernians ……………………..3

Fic-Centenary stadium Hibernians irnexxilhom jieħdu tlett punti mportanti kontra Mosta meta rebħu bl-iscore ta’ 3-2 f’partita fejn il-protagonisti tal-gowls kienu Bojan Kaljevic għal Mosta u Jurgen Degabriele għal Hibernians.

Mosta kienu ġejjin minn telfa kbira kontra Gżira filwaqt li Hibernians kienu ġejjin minn draw kontra Valletta.

Mosta marru fil-vantaġġ fis-6 minuta minn xutt b’saħħtu ta’ Boyan Kaljevic li tefa’ fir-rokna tax-xibka.

Hibernians kellhom ċans iġibu l-gowl ta’ draw fl-10 minuta meta r-referee Glen Tonna ordna l-penalty wara handsball fil-kaxxa li nkariga mill-penalty Jake Grech u mill-ħdax –il metru ballun li rajnih jaħbat mal-wieqfa u jibbawnsja l-barra.

Hibernians madankollu kienu preċiżi u pronti fl-attakki tagħhom biex fl-14-il minuta azzjoni maħduma sabiħa Cross mix-xellug lejn Texeira, pass bir-ras lejn Jurgen Degabriele li dan mill-viċin ġab id-draw għall-Hibernians.

Bojan Kaljevic instrumentali għall-Mosta fit-43 minuta, ballun li wasal f’siequ b’kontrol tajjeb li qabeż il-GK u xutt f’lasta vojta ma falliex. Mosta ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ għaliex minuta wara kellna Cross ta’ Grech perfett mix-xellug lejn Jurgen Degabriele li mill-viċin xutt fil-baxx tefa wara l-GK ta’ Mosta.

Hibernians ħadmu azzjoni tajba bejniethom fit-52 minuta Cross ta’ Texiera lejn Apap daqqa ta’ ras lejn Aguis b’rabuxxata sabiħa minn quddiem il-lasti ta’ Mosta bil-GK idawwar f’corner. Fid-69 minuta Hibernians ssiġillaw ir-rebħa – azzjoni sabiħa maħduma bejn Dunsan Vella u Jurgen Degabriele, kontroll tajjeb tal-ballun bejniethom b’Degabriele jikkonkludi t-tripletta personali fix-xibka. Fis-76 minuta gowl ta’ Mosta li ġie mħassar minn Glen Tonna fuq senjalazzjoni ta’ offside

BOV Player tal-Logħba: Jurgen Degabriele – Plejer ta’ Hibernians

Referee: Glen Tonna

Formazzjonijiet:

MOSTA– Bitseki Yves, Ememe Christ, Bezzina Johann, Bonnici Duane, Failla Clayton, Farrugia Tyrone, Muchardi Matias, Morisco Rafael, Kaljevic Bojan, Tulimieri Kevin, Ekani Jonas,

HIBERNIANS – Calleja Cremona Matthew, Apap Ferdinando, Almeida Da Silva, Grech Jake, Degabriele Jurgen, Kristensen Bjorn, Vella Dunstan, Izquier Artiles, Shola Haruna, Aguis Andre, Teixeira Jose

Miktub minn...
TVM Sport