Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hat-trick ta’ Majdevac jagħti rebħa lil Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Santa Lucija…0

Balzan…………3

Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt li Santa Lucia kienu ġejjin minn telfa kontra Floriana.

Partita li bdiet biż-żewġ timijiet idawru l-ballun u jippruvaw jsibu l-ispazji għall-attakk.

Wara 16-il minuta xutt ta’ Jamie Magri għal Santa Lucia bil-Gk Naumovski isalva. Man-nofs siegħa logħob kellna freekick ta’ Steve Pisani, Majdevac prova bir-ras biex Mendoza f’tentattiv li jikklerja kien ser jitfa’ l-ballun bix-xibka tiegħu stess.

L-ewwel taqsima għalqet fi draw ta mingħajr gowls

Fit-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu fuq l-offensiva 45 minuta Xutt ta’ Escobar li ġie mdawwar f’corner.  Balzan fetħu l-iscore fid-49 minuta permezz ta’ Majdevac li rċieva pass minn qada perfetta xutt tiegħu jitfa wara Caruana biex reġgħu kienu Balzan fil-55 minuta Xutt ta’ Magri li salva Naumovski. Balzan baqgħu jinsistu biex żewġt minuti biss wara kellna xutt ta’ Steve Pisani mid-distanza ballun li jispiċċa barra.

Doppjetta personali ta’ Andrija Majdevac mas-siegħa logħob, azzjoni li bdiet minn corner ta’ Steve Pisani biex reġa’ kien Majdevac li tefa’ fix-xibka.

Fl-84 minuta reġa kien Majdevac tripletta personali minn penalty ma falliex fuq foul ftit qabel fuq l-attakant ta’ Balzan Effiong – mill ħdax il metru tefa dirett fix-xibka

Santa Lucia baqgħu jafsu biex fl-aħħar battuti tal-partita kellhom żewġt xuttijiet li ħabtulhom mal-lasta rispettiva kien Omar Elouni minn qagħda angolati għal Santa Lucia li salva Naumovski u daqqa ta ras oħra li reġa kien instrumentali għal Balzan Kristjan Naumovski.

BOV Player tal-Logħba: Andrija Majdevac – Plejer ta’ Balzan

Santa Lucia

Caruana R, Bohrer Gabriel, Magri Adam, Mendoza J, Magri Jamie (60 Aguis D), Ante Kevin, Riascos Luis, Zuniga Farid, Escobar Camilo, Galea Lee, Tachikawa Rei (76’ Elouni O)

Balzan

Naumovski Kristjan, Loof A, Kosoric A, Pisani S, Johnson D, (42’ Bezzina S)Fenech P, Effiong A, Ljubomirac U, Bozovic I, Dimic S (78’ Camilleri D), Majdevac A,

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara….1 Senglea…….1 Birkirkara u Senglea ħadu punt kull wieħed f’partita li spiċċat fi draw ta 1-1. Żewġ gowls li ġew skurjati fl-ewwel taqsima. B’Kara kienu ġejjin…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 BALZAN FC………..1. FLORIANA FC……..3. Wara biss 8 minuti logħob Balzan marru fil vantagg, il-kross mil-lemin ta’ Uros Ljubomiric għola tajjeb Andrija Majdevac u daqqa ta’ ras…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja Utd….1 Hamrun Sp..1 Draw ta’ 1-1 fis-Centenary Stadium bejn Gudja Utd u Ħamrun Spartans jara lill-Ħamruniżi jibqgħu bla rebħa minn tmien logħbiet, b’Gudja jieħdu l-ewwel…

Aktar