Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians bit-tielet rebħa konsekuttiva

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hibernians…….2

Hamrun Spartans…1

Fis-7 ġurnata tal-kampjonat Premier Hibernians għelbu lil Ħamrun bl-iscore ta’ 2-1  fis-Centenary Staduim. Hibernians kienu ġejjin minn żewġt rebħiet konsekuttiva ma’ St Andrews u Tarxien rispettivament filwaqt li Ħamrun kienu ġejjin minn telfa kontra Tarxien. Ħamrun kellhom lil GK Manuel Bartolo sospiż.

Tlett punti mportanti għal- Hibernians biex issa telaw fit-tielet post bi 15 –il punt flimkien ma’ Valletta.

1’ Hibernians marru fil-vantaġġ fl-ewwel minuta logħob wara li Jurgen Degabriele avvanza l-ballun il-quddiem  bix-xutt li ħabat mal-minduda u mir-rebound d-daqqa ta’ ras ta’ Marcolino ma ħafrietx għal-1-0.

5’ Hamrun ġabu d-draw fil-5 minuta logħob botta u risposta wara l-azzjoni li bdiet minn corner, ballun jerġa jasal għand Triston – il-cross tiegħu lejn Caetano Calil bid-difiża statika jegħleb għal kollox lil Andrew Hogg. 1-1

11’ Reġaw kienu Hibernians fil-ħdax –il minuta l-Cross ta’ Isaac Ntow ballun jasal f’sieq Marcolino f’nofs il-kaxxa bix-xutt tiegħu jgħaddi barra.

Fażi ta’ logħob li żvolġa f’nofs il-grawnd biex fit-tlieta u tletin minuta kienet azzjoni ta’ Hibernians l-Cross ta’ Tiago Fonseca lejn Marcolino madankollu kien pront il-GK ta’ Ħamrun Sean Cini li antiċipa fil-mument opportun.44’ Azzjoni perikoluża ta’ Ħamrun fl-erbgħa u erbgħin minuta – Cross shot fil-baxx ta’ Carlos Hernan Hennenberg lejn Tuliemieri li ħadu djagonali bix-xutt tiegħu għadda mħakkek mal-lasta.

L-ewwel taqsima għalqet fi draw ta 1-1

Hibernians reġaw marru fil-vantaġġ fis-sebgħa u erbgħin minuta minn freekick ta’ Jurgen Degabriele li ġie kklerjat momentarjament f’sieq Joseph Mbong bix-xutt b’saħħtu bid-dawra għeleb lil Sean Cini. 2-1

63’ Fit-tlieta u sittin minuta rajna Xutt ta’ Dunstan Vella għal Pawlisti li ġie mblukkat minn Sean Cini b’saqajh.

Fis-sebgħa u sebgħin minuta kellna l-protesti minn Ħamrun wara li Calil Caetano deher ġie mwaqqa fil-kaxxa madankollu l-ebda sinjal mir-referee u ħalla l-logħob għaddej.

89’ Kellna freekick ta’ Ħamrun mogħti minn Nayar b’Hogg idawwar f’corner biex minn l-istess corner daqqa ta’ ras ċentrali ta’ Henneberg – Hogg isalva tajjeb.

Referee tal-partita: Malcolm Spiteri

BOV Player tal-Logħba: Taylon Marcolino (Hibernians)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar