Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians ikompli jirbħu u jagħtu l-ewwel telfa lil Gżira Utd

Kampjonat BOV Premier 2018/19

HIBERNIANS 1

GŻIRA UTD. 0

Hibernians kienu ġejjin minn rebħa kontra Floriana filwaqt li Gżira minn tlett draws konsekuttivi. Fl-ewwel rawnd Gżira kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.

Fit-8 minuta Haber ħareġ minn postu biex antiċipa lil Marcolino. Biex sitt minuti wara rrispondew Gżira hekk kif Garba lagħab il-ballun fid-direzzjoni ta’  Zach Scerri iżda l-konklużjoni tiegħu minn posizzjoni tajba spiċċat għolja.

Fl-20 minuta Kristensen sab l-ispazju fid-difiża avversarja bil-ballun jasal għand Grech iżda x-xutt djagonali ta’ dan tal-aħħar spiċċa għoli. Seba’ minuti wara ċans ieħor għall-Pawlisti hekk kif ballun fit-tul minn Kristensen li sab lil Marcolino iżda xutt tal-Brażiljan ġie mblukkat minn Haber.

Hibernians komplew jinsistu fejn man-nofs siegħa logħob Agius qassam lejn Grech iżda x-xutt fil-baxx tiegħu kien salvat minn Haber. Biex Hibernians marru fil-vantagg fis-37 minuta hekk kif Mbong tefa’ kross minn fuq il-lemin li Haber salva u ma’ żammx biex Jake Grech mill-viċin poġġa l-ballun fix-xibka.

Ir-reazzjoni tal-Maroons kienet waħda immedjata hekk kif minuta biss wara xutt mid-distanza ta’ Zach Scerri ġie mdawwar f’corner minn Jovicic. Biex fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Hibernians setgħu rdoppjaw meta Degabriele qassam lura fil-kaxxa lejn Marcolino bix-xutt tiegħu jgħaddi jħakkek mal-mimduda.

Fis-56 minuta cross shot min Radojevic kien imbiegħed  minn Haber. Biex għaxar minuti wara free kick ta’ Grech u d-daqqa ta’ ras minn Agius tkun salvata minn Haber. Fit-68 minuta xutt mid-distanza ta’ Grech b’Haber isalva.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Alan Mario Sant 

Jake Grech ġie vvutat il-BOV Plejer tal-Logħba.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Aktar