Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians iwaqqgħu l-ewwel punti, draw mistħoqq għal St Lucia

Kampjonat BOV Premier 2021/22

Hibernians …………….. 1

St.Lucia …………………. 1

St.lucia jiksbu punt mistħoqq f’partita pjaċevoli, waqt li Hibernians waqqgħu l-ewwel punti.

Fil-ħames minuta logħob Hibernians jersqu viċin. Through pass lejn Jake Grech bix-xutt finali tiegħu jgħaddi kemm kemm barra.

Żewg minuti wara St.Lucia jiftħu l-iskor. Kien kontra attakk minn fuq ix-xellug kross ta’ V.Filho u daqqa ta’ras ta’ F.Farias biex St.Lucia fetħu l-iskor.

Fit-23 minuta St.Lucia jerġgħu ikunu perikolużi. Perkussjoni tajba ta’ A.Souza li waħdu baqa javvanza iżda x-xutt finali tiegħu fil-baxx jgħaddi kemm kemm barra.

Fit-28 minuta xutt fil-baxx ta’Jake Grech salvat mingħajr diffikulta minn A.Juliani.

Fil-31 minuta Hibernians meritatament iġibu l-iskor indaqs. Kien korner ta’ G.Artiles li ħoloq konfusjoni fil-kaxxa ta’ St.Lucia bid-difiża ma jirnexxieliex tbiegħed il-periklu bix-xutt finali ta’ L. Almeida jispiċċa wara l-goalkeeper A. Juliani għall-1-1.

Fis-36 minuta Hibernians ġustament ikollhom goal imħassar għall-offside.

Wara 3 minuti miżjuda fuq il-ħin regolamentari intemmet l-ewwel taqsima 1-1

Mas-siegħa logħob save kbir ta’ A.Juliani iċaħħad lil J.Grech u lil Hibernians milli jmorru fil-vantaġġ.

Fil-65 minuta J.Pisani jdabbar l-karta safra għall-foul fuq J.Degabriele.

Fil-71 minuta xutt ta’ J. Degabriele jgħaddi għoli.

Fit-82 minuta xutt b’saħħtu ta’ W.Domoraud jistampa mal-minduda minkejja li A.Juliani kien fuq il-ballun.

Fit-88 minuta A. Attard idabbar karta safra.

Fid-90 minuta xutt ta’ J. Degabriele  jgħaddi ftit barra.

Fil-91 minuta Hibernians jappellaw għall-penalty, bir-referee viċin l-azzjoni, iħalli l-logħob għaddej.

Wara 6 minuti miżjuda fuq il-ħin tintemm il-partita.

BOV Player tal-logħba A. Souza (St.Lucia)

Referee: Emanuel Grech

Formazzjonijiet

Hibernians: I.Kone, F.Apap(27 B.Kristensen), L.Almeida, R. Dos Anjos, J.Grech(77A. Attard), J.Degabriele(90 F. Mensah), D.Vella, A.Thaylor(77 Z.Grech), A.Agius(C), G.Artiles, W.Domoraud.

St.Lucia: A.Juliani, J.Pisani,N.Pulis, P.Silva, A. Souza(C), F.Farias(40 V.Plut), V.Filho, J.Zerafa(90 A. Vella), D.Xuereb, L.McKay(58 J.Tanti), K.Xuereb.

Miktub minn...
TVM Sport