Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Hibernians jegħlbu lil Gżira u jiftħu sfida ġdida ma’ ta’ fuq

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

HIBERNIANS…..2

GŻIRA UTD……..0

Hibernians kisbu rebħa importanti kontra Gżira United biex issa jinsabu punt biss warajhom fit-tielet post tal-klassifika u b’punti daqs Sirens.

Fil-11 il-minuta xutt ta’ Corbalan għadda ftit barra. Biex fis-17 il-minuta kien Haber li salva cross shot minn fuq il-lemin ta’  Mbong. Gżira resqu viċin fis-27 minuta minn xutt ta’ Jefferson de Assis li Jovicic dawwar fuq il-lasta u f’corner.  Daqqa ta’ ħarta għal Hibernians fit-38 minuta hekk kif tkeċċa Bjorn Kristensen wara li għadda xi rimarki lir-referee.  Iżda minkejja dan kienu l-Pawlisti li resqu viċin li jiftħu l-iskor mal-ħamsa u erbgħin minuta b’xutt fil-baxx ta’ Agius li Haber dawwar f’corner.

It-tieni taqsima bdiet bi tkeċċija għal Gżira li spiċċaw b’għaxar players bħal Hibernians dan wara li tkeċċa Jefferson de Assis għat-tieni karta safra.  Hibernians bdew issa  jikkontrollaw aktar il-partita biex fid-59 minuta huma fetħu l-iskor. Kienet azzjoni ta’ corner mogħti minn Izquier b’daqqa ta’ ras li taħbat ma’ sieq il-lasta bil-ballun jasal għand Andre’ Agius li venven xutt b’saħħtu għal ġewwa.

U biex l-affarijiet ikomplu jiġu ħażin għall-Maroons huma kellhom lil Fernando Barbosa mkeċċi għat-tieni karta safra wara fowl fuq Vella. Fil-71 minuta ċans tajjeb għal Hibernians li jissiġillaw il-partita meta f’kontrattakk veloċi Grech qassan lejn Iriberri iżda x-xutt ta’ dan tal-aħħar kien salvat mal-art minn Haber.

Ħdax il-minuta mit-tmiem Hibernians għalqu l-partita meta Iriberri ġab lil Degabriele waħdu  liema player kien għadu kemm daħal bħala sostitut u l-attakkant Pawlist spara fis-saqaf tax-xibka.

Fil-ħin mogħti żejjed Gżira ngħataw penalty wara li Wemmer deher imiss il-ballun b’idu iżda Samb ra lill-gowlkeeper Jovicic isalva.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Matthew Degabriele

Il-player ta’  Hibernians Andrei Agius ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara….1 Senglea…….1 Birkirkara u Senglea ħadu punt kull wieħed f’partita li spiċċat fi draw ta 1-1. Żewġ gowls li ġew skurjati fl-ewwel taqsima. B’Kara kienu ġejjin…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 BALZAN FC………..1. FLORIANA FC……..3. Wara biss 8 minuti logħob Balzan marru fil vantagg, il-kross mil-lemin ta’ Uros Ljubomiric għola tajjeb Andrija Majdevac u daqqa ta’ ras…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja Utd….1 Hamrun Sp..1 Draw ta’ 1-1 fis-Centenary Stadium bejn Gudja Utd u Ħamrun Spartans jara lill-Ħamruniżi jibqgħu bla rebħa minn tmien logħbiet, b’Gudja jieħdu l-ewwel…

Aktar